Il-Papa Franġisku

Il-Papa fir-Regina Caeli – Alla tal-paċi jdawwal il-qlub

  Pjazza San Marku, Venezja

Għeżież ħuti!

Qabel ma ntemmu din iċ-ċelebrazzjoni nixtieq insellem lilkom ilkoll li ħadtu sehem.  Inrodd  ħajr minn qalbi lill-Patrijarka Francesco Moraglia, u miegħu lill-kollaboraturi u l-voluntiera.  Jien grat lejn l-Awtoritajiet ċivili u lejn il-Forzi taż-Żamma tal-Ordni li taw sehemhom biex isseħħ din iż-żjara.  Grazzi lil kulħadd!

Minn hawn ukoll, bħal kull nhar ta‘ Ħadd, nixtiequ ninvokaw l-interċessjoni tal-Verġni Marija għal tant sitwazzjonijiet ta’ tbatija fid-dinja… Kompli aqra »

Il-Papa: Paċi negozjata hi aħjar minn gwerra bla tmiem

In an interview with CBS, Pope Francis calls for an end to the wars in Ukraine, Gaza, and around the world. He says there is room for everyone in the Church pointing out that if a parish priest doesn’t seem welcoming, one can look elsewhere: “There is always a place, don’t run away from the Church.”

Referring in particular to the wars in Ukraine, in Gaza and others that continue to ravage the world, Pope Francis said ” Please, countries at war, all of them… Stop the war… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Is-suppervja hi velenu qawwi, qatra waħda hi biżżejjed biex tirvina l-ħajja

  Pjazza San Pietru fil-Vatikan

Katekeżi. Il-vizzji u l-virtujiet. 17. Il-ħajja tal-grazzja skont l-Ispirtu


Għeżież ħuti, l
-għodwa t-tajba!

Fil-ġimgħat li għaddew irriflettejna fuq il-virtujiet kardinali: għaqal, ħaqq, qawwa u qies. Huma l-erba’ virtujiet karidnali. Kif sħaqna iżjed minn darba, dawn l-erba’ virtujiet jappartienu għal għerf antik ħafna, li kien diġà minn qabel il-Kristjaneżmu. Diġà sa minn qabel Kristu kienu jipprietkaw l-onestà bħala dmir ċivili, l-għerf bħala regola tal-azzjonijiet, il-kuraġġ bħala ingredjent fundamentali għal ħajja miġbuda għat-tajjeb, il-moderazzjoni bħala kejl meħtieġ biex ma nitkaxkrux mill-esaġerazzjonijiet… Kompli aqra »

Imsejħin niżirgħu t-tama u nibnu l-paċi – Il-Papa

Għeżież ħuti!

Il-Jum Dinji ta’ Talb għall-Vokazzjonijiet jistedinna, ta’ kull sena, inqisu d-don prezzjuż tas-sejħa li l-Mulej jagħmel lil kull wieħed u waħda minna, il-poplu fidil tiegħu li jinsab miexi, biex nistgħu nieħdu sehem fil-pjan tiegħu ta’ mħabba u ninkarnaw fina l-ġmiel tal-Vanġelu fid-diversi stati tal-ħajja. Li nisimgħu s-sejħa divina mhux xi dmir impost minn barra, forsi f’isem ideal reliġjuż; imma huwa l-mod l-iżjed żgur li għandna biex inseddqu fina x-xwwqa għall-ferħ li nġorru ġo fina: il-ħajja tagħna titwettaq u tilħaq il-milja tagħha meta niskopru min aħna, liema huwa l-kwalitajiet tagħna, f’liema qasam jistgħu jagħmlu l-frott, liema triq nistgħu nimxu biex insiru sinjal u strument ta’ mħabba, ta’ akkoljenza, ta’ ġmiel u ta’ paċi, fil-kuntesti li fihom ngħixu… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jiltaqa’ ma’ 6,000 żagħżugħ biex jiddiskuti kif niksbu l-paċi fid-dinja

On 19th April 2024, Pope Francis will welcome 6,000 participants of the Schools of Peace, an initiative of the Community of Sant’Egidio that brings together children, young people and teachers from different parts of Italy.

The goal of the meeting is to build a commitment for peace among the younger generations. At a time when war abounds, the Schools of Peace propose “to look at the future without fear and to transform it.”

This will be the third time that the group will meet with the Pope… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza – Tħallix mument ta’ rabja jirvina relazzjonijiet u ħbiberiji

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum se nitkellem fuq ir-raba’ u l-aħħar virtù kardinali: il-qies. Flimkien mat-tlieta l-oħra, din il-virtù għandha storja li tmur ħafna lura fiż-żmien u li mhix biss ħaġa tal-Insara. Għall-Griegi l-prattika tal-virtujiet kellha bħala għan tagħha l-hena. Il-filosfu Aristotli jikteb l-aktar trattat importanti tiegħu tal-etika billi jindirizzah lil bin Nikomaku, biex iħarrġu fl-arti ta’ kif wieħed jgħix… Kompli aqra »

Il-Papa fir-Regina Caeli – Kemm hu importanti li naqsmu l-fidi ma’ xulxin

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb u l-Ħadd it-tajjeb!

Illum l-Evanġelju joħodna lura lejn l-Għid filgħaxija. L-Appostli huma miġburin fiċ-Ċenaklu, x’ħin minn Għemmaws jaslu lura ż-żewġ dixxipli biex jirrakuntaw il-laqgħa tagħhom ma’ Ġesù. U filwaqt li jkunu jesprimu l-ferħ tal-esperjenza li kienu għaddew minnha, l-Irxoxt jidher lill-komunità kollha. Ġesù jasal propju fil-ħin li huma qed jaqsmu flimkien ir-rakkont tal-laqgħa miegħu. Dan iġiegħlni nifhem kemm hu importanti li naqsmu l-fidi ma’ xulxin.  … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza – Hemm għedewwa interni li rridu negħlbu

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-katekeżi tal-lum hi ddedikata lit-tielet waħda mill-virtujiet kardinali, jiġifieri l-qawwa. Ejjew nibdew mid-deskrizzjoni li jagħti tagħha l-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika: “Il-qawwa hi virtù morali li tagħtina li nkunu sodi u ma nieqfu qatt milli nfittxu dejjem dak li hu tajjeb, minkejja d-diffikultajiet li magħhom niltaqgħu. Twettaq il-fehma li nirreżistu għat-tiġrib u negħlbu t-tfixkil li miegħu niltaqgħu fil-ħajja morali tagħna… Kompli aqra »

Il-Papa fir-Regina Caeli: Nistaqsu “jien nemmen li Ġesù rxoxta?”

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb!

Illum, it-tieni Ħadd tal-Għid, li San Ġwanni Pawlu II ddedikah lill-Ħniena Divina, l-Evanġelju (cfr Ġw 20,19-31) jgħidilna li bit-twemmin tagħna f’Ġesù, Iben Alla, f’ismu, ikollna l-ħajja ta’ dejjem (v, 31). Xi jfisser “ikollna l-ħajja?

Ilkoll kemm aħna nixtiequ l-ħajja, imma hemm modi differenti kif infassluha. Per eżempju, hemm min l-eżistenza jirriduċieha f’ġirja bla rażan biex igawdi u biex ikollu ħafna affarijiet: jiekol u jixrob tajjeb, jiddeverti, iġemma l-flus u ħwejjeġ oħra, iġarrab emozzjonijiet qawwija u ġodda, u aktar.  … Kompli aqra »