Il-Papa Franġisku

Il-Papa fl-Angelus: Il-kura tas-saħħa għal kulħadd hija servizz essenzjali

Dear Brothers and Sisters, buongiorno!

I am glad to be able to keep the Sunday Angelus appointment, even here from “Gemelli” Policlinico. I thank you all: I have felt your closeness and the support of your prayers. Thank you from the bottom of my heart!

The Gospel passage we read today in the Liturgy recounts that Jesus’ disciples, sent by Him, “anointed with oil many that were sick and healed them” (Mk 6:13)… Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Angelus: Niftħu għajnejna għall-preżenza umli tal-Mulej

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju li naqraw fil-liturġija ta’dal-Ħadd (Mk 6, 1-6) jirrakkuntalna n-nuqqas ta’ fidi tan-nies tar-raħal fejn twieled Ġesù.  Wara li hu kien ipprietka fil-villaġġi l-oħra tal-Galileja, reġa’għadda Nażaret, fejn kien kiber flimkien ma’ Marija u Ġużeppi; hu jum is-Sibt u beda jgħallem fis-sinagoga.  Ħafna li kienu jisimugħ bdew jistaqsu: “Mnejn kisbu dan l-għerf kollu?  Dan mhuwiex il-mastrudaxxa bin Marija jiġifieri l-ġirien tagħna li nafuhom sewwa?” (cfr vv… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: L-evanġelizzazzjoni titlob minnha li nimxu toroq mhux mistennija

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Wara l-mixja twila ddedikata lit-talb, illum nagħtu bidu għal ċiklu ġdid ta’ katekeżijiet. Nawgura li b’din il-mixja tat-talb, irnexxielna nitolbu xi ftit aħjar, nitolbu xi ftit iżjed. Illum nixtieq nirrifletti fuq xi temi li l-Appostlu Pawlu jipproponi fl-Ittra tiegħu lill-Galatin. Hija Ittra importanti ħafna, anzi ngħid li hi deċiżiva, mhux biss biex insiru nafu aħjar lill-Appostlu, imma fuq kollox biex inqisu xi argumenti li hu jaffronta b’mod profond, u hekk juri l-ġmiel tal-Vanġelu… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Fuq is-salib Ġesù talab għal kull wieħed u waħda minna

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Kemm-il darba f’din is-serje ta’ katekeżi fakkarna kif it-talb huwa waħda mill-karatteristiċi l-iżjed evidenti fil-ħajja ta’ Ġesù: Ġesù kien jitlob, u jitlob ħafna. Matul il-missjoni tiegħu, Ġesù kien mgħaddas fit-talb, għax id-djalogu mal-Missier huwa l-qalba mkebbsa tal-ħajja kollha tiegħu.

Il-Vanġeli jixhdulna kif it-talb ta’ Ġesù sar iktar intens u qawwi fis-siegħa tal-passjoni u l-mewt tiegħu… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Niskopru l-preżenza tal-Mulej fil-ħajja tagħna

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Il-parabboli li ttina l-liturġija tal-lum – żewġ parabboli – huma mnebbħin mill-ħajja ta’ kuljum u juru kemm il-ħarsa ta’ Ġesù hi attenta fuqna, Hu li josserva r-realtà permezz ta’ xbihat żgħar mill-ħajja ta’ kuljum, jiftaħ it-twieqi fuq il-misteru ta’ Alla u fuq il-ġrajja umana.  Ġesù kien jitkellem b’mod li faċli tifhmu, kien jitkellem bit-tixbihat tar-realtà, tal-ħajja ta’ kuljum.  B’hekk jgħallimna li wkoll il-ġrajjiet tal-ħajja ta’ kuljum, li ximindaqqiet jidhru kollha l-istess u li aħna ngħixuhom b’distrazzjoni jew inqisuhom piż, huma mgħammrin mill-preżenza moħbija ta’ Alla, jiġifieri għandhom tifsira.  Allura aħna wkoll jeħtieġ li jkollna għajnejna miftuħa ħalli nkunu nistgħu “nfittxu u nsibu lil Alla f’kull ħaġa”… Kompli aqra »

Il-Papa: It-talb, il-ħajja u l-fidi jżommu mixgħula l-fjamma tal-ħajja Nisranija

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

F’din il-katekeżi ta’ qabel tal-aħħar fuq it-talb se nitkellmu fuq il-perseveranza fit-talb. Hija stedina, anzi kmand li ġej mill-Iskrittura Mqaddsa. Il-mixja spiritwali tal-Pellegrin Russu tibda meta jaħbat ma’ frażi ta’ San Pawl fl-Ewwel Ittra lit-Tessalonkin: “Itolbu bla heda, iżżu ħajr lil Alla f’kollox” (5:17-18). Il-kelma tal-Appostlu tolqtu lil dak ir-raġel u jistaqsi kif inhu possibbli jitlob bla waqfien, meta l-ħajja tagħna hi maqsuma f’tant mumenti differenti, li mhux dejjem iħalluk tikkonċentra… Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Angelus: L-Ewkaristija hija l-ħobż tal-midinba u mhux il-premju tal-qaddisin

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Illum fl-Italja u f’pajjiżi oħra qed tkun iċċelebrata s-Solennità tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu.  L-Evanġelju jtina r-rakkont tal-Aħħar Ikla (Mk 14,12-16.22-26).   Il-kliem u l-ġesti tal-Mulej imissulna qlubna:  Hu jieħu l-ħobż f’idejh, jgħid il-barka, jaqsmu u jnewlu lid-dixxipli filwaqt li jgħidilhom: “Ħudu, dan hu ġismi” (v.  22).

Hekk, bis-sempliċità, Ġesù jtina l-akbar sagrament.  Il-ġest tiegħu hu wieħed umli u ta’ għotja, ġest ta’ qsim.  Fl-aħjar ta’ ħajtu ma jqassamx il-ħobż biex ixabba’ lill-folla, imma jqassam lilu nnifsu fl-ikla tal-Għid, flimkien mad-dixxipli.  B’hekk Ġesù jurina li l-għan tal-ħajja jinsab fl-għotja, li l-akbar ħaġa hi l-qadi.  U llum aħna nsibu l-kobor t’Alla f’loqma ħobż, fi dgħufija mfawra bl-imħabba, mfawra bil-kondiviżjoni.  Il-kelma li nixtieq nagħfas fuqha hi propju l-kelma ‘dgħufija’ ‘fraġilità’.  Ġesù jsir fraġli bħall-ħobż li jinqasam u jitfarrak.  Imma l-qawwa tiegħu hemmhekk tinsab, fil-fraġilità tiegħu.  Fl-Ewkaristija, il-fraġilità hija qawwa: qawwa tal-imħabba li tiċċekken biex inkunu nistgħu nilqugħha, mhux nibżgħu minnha; qawwa tal-imħabba li tinkiser u titqassam biex tmantni u tagħti l-ħajja; qawwa tal-imħabba li ssir bi ċċiet biex tiġbor lilna lkoll f’għaqda waħda… Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Udjenza: Ġesù l-mudell ta’ talb għad-dixxipli tiegħu

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-Vanġeli juruna kemm it-talb kien fundamentali fir-relazzjoni ta’ Ġesù mad-dixxipli tiegħu. Dan diġà jidher fl-għażla ta’ dawk li mbagħad saru l-Appostli. Luqa jqiegħed l-għażla tagħhom f’kuntest preċiż ta’ talb u jgħid hekk: “Mela darba fost l-oħrajn ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla. Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli” (6:12-13)… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: It-talb tiegħek qed jinstema’, taqtax qalbek

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Hemm kontestazzjoni qawwija għat-talb, li ġejja minn osservazzjoni li lkoll kemm aħna nagħmlu: aħna nitolbu, nitkarrbu, imma xi drabi t-talbiet tagħna jidhru donnhom mhux mismugħa: dak li nitolbu – għalina jew għall-oħrajn – ma jseħħx. Ħafna drabi ngħaddu minn din l-esperjenza. Jekk imbagħad ir-raġuni li għaliha tlabna kienet nobbli (kif tista’ tkun l-interċessjoni għas-saħħa ta’ xi ħadd marid, jew biex tieqaf il-gwerra), meta ma niġux mismugħa dan jidher skandaluż f’għajnejna… Kompli aqra »

Il-Papa f’Pentekoste: Iftaħ qalbek għall-Ispirtu s-Santu

“Meta jiġi d-Difensur, li se nibagħtilkom mingħand il-Missier” (Ġw 15:26). B’dawn il-kelmiet Ġesù jwiegħed l-Ispirtu s-Santu lid-dixxipli, id-don defenittiv, id-don tad-doni. Jitkellem fuqu billi jinqeda b’espressjoni partikulari, misterjuża: Paraklitu, Difensur. Illum ejjew nilqgħu din il-kelma, li mhix faċli tittraduċiha għax fiha iktar minn tifsira waħda. Paraklitu, sostanzjalment, tfisser żewġ affarijiet: Konsolatur u Avukat.

1. Il-Paraklitu hu l-Konsolatur… Kompli aqra »