Il-Papa Franġisku

Il-Papa Franġisku fl-Udjenza Ġenerali: distrazzjonijiet, nixfa, għażż

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Biex nimxu mal-linja tal-Katekiżmu, f’din il-katekeżi nitkellmu dwar l-esperjenza li ngħixu fit-talb, u nfittxu nuru xi diffikultajiet komuni ħafna li nsibu, li tajjeb nidentifikawhom u negħlbuhom. Li titlob mhix ħaġa faċli: hemm ħafna diffikultajiet li jitfaċċaw fit-talb. Tajjeb li nkunu nafuhom, nindividwawhom u negħlbuhom.

L-ewwel problema li jsib ma’ wiċċu min jitlob hi d-distrazzjoni (ara KKK, 2729)… Kompli aqra »

It-tlugħ tal-Mulej fis-sema jġibilna l-ferħ, jgħid il-Papa waqt ir-Regina Coeli

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Illum fl-Italja u f’pajjiżi oħra qed niċċelebraw is-solennità tat-tlugħ fis-Sema tal-Mulej.  Il-paġna evanġelika ta’ Mark (Mk 16, 15-20) – it-tmiem tal-Evanġlelju ta’ Marku –  tirrakkuntalna l-aħħar laqgħa tal-Irxoxt mad-dixxipli qabel ma Hu tela’ lejn il-lemin tal-Missier.  Is-soltu, nafuha, ix-xeni ta’ firda huma ta’ swied il-qalb, lil min jibqa’ jħallulu sentimenti ta’ fixla, ta’ abbandun; iżda minn dan kollu xejn ma effettwa lid-dixxipli.  Minkejja li l-Mulej inqata’ minnhom, huma ma jidhrux bla faraġ, anzi, huma hienja u lesti biex isiru missjunarji fid-dinja.  Għaliex mhumiex imnikktin id-dixxipli?  Għaliex aħna wkoll għandna nkunu ferħana illi naraw lil Ġesù tiela s-sema? … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: ‘Ġesù hu dejjem magħna għalkemm mhux dejjem nintebħu bih’

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Kemm qed nieħu gost li nistgħu niltaqgħu wiċċ imb wiċċ, għax ħa ngħidilkom ħaġa: ma tiħux pjaċir titkellem quddiem il-vojt, quddiem kamera. Ma fihx gost. U issa, wara tant xhur, grazzi għall-kuraġġ ta’ Mons. Sapienza – li qal: “Le, nagħmluha hemm” – ninsabu hawn miġburin flimkien. Bravu Mons. Sapienza! Li niltaqa’ man-nies, u niltaqa’ magħkom, kull wieħed u waħda bl-istorja tagħkom, nies ġejjin minn kull rokna, mill-Italja, mill-Istati Uniti, mill-Kolombja, imbagħad dak il-grupp ċkejken tal-futbol ta’ erba’ aħwa Żvizzeri – naħseb – qegħdin hemm… erbgħa… Kompli aqra »

Il-Papa waqt ir-Regina Coeli: L-imħabba hi li taqdi lill-oħrajn u mhux tikkontrollahom

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Fl-Evanġelju ta’ dan il-Ħadd (Ġw 15, 9-17), wara li kien qabbel lilu nnifsu mad-dielja u lilna mal-friegħi, Ġesù spjega liema frott jinkiseb minn min jibqa’ marbut miegħu: dal-frott huwa l-imħabba.  Jerġa jdur għall-istess verb-muftiħ: “ibqgħu”.  Jistedinna nibqgħu f’imħabbtu ħalli l-ferħ tiegħu ikun fina u l-ferħ tagħna jkun sħiħ (vv. 9-11).  Nibqgħu fl-imħabba ta’ Ġesù.

Nistaqsu lilna nfusna: liema hi din l-imħabba li Ġesù jridna nibqgħu fiha biex ikollna l-ferħ tiegħu?   Liema hi din l-imħabba?  Hi l-imħabba li ġejja mill-Missier, għax “Alla huwa mħabba” (1 Ġw 4,8).  Din l-imħabba t’Alla, tal-Missier, tfawwar bħal xmara f’Ibnu Ġesù u permezz tiegħu tasal għandna, ħolqien tiegħu.  Infatti Hu jgħid: “Kif ħabbni Missieri hekk jien ħabbejt lilkom” (Ġw 15, 9).  L-imħabba li jtina Ġesù hi l-istess waħda li biha l-Missier iħobb lilu: imħabba safja, bla kundizzjonijiet, imħabba gratwita.  Ma nistgħux nixtruha, imħabba bla ħlas.  Meta Ġesù jtihielna ikun qed iqisna ħbieb – b’din l-imħabba -, biex jgħarrafna lill-Missier, u jinvolvina fl-istess missjoni tiegħu għall-ħajja tad-dinja… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: It-talb kontemplattiv ‘hu gwida fit-triq tal-imħabba’

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Inkomplu bil-katekeżi tagħna fuq it-talb u f’din il-katekeżi nixtieq nieqaf fuq it-talb ta’ kontemplazzjoni.

Id-dimensjoni kontemplattiva tal-bniedem – li għadha mhix it-talba kontemplattiva – hija xi ftit bħall-“melħ” tal-ħajja: tagħti togħma, tagħti gost lill-ġranet tagħna. Nistgħu nikkontemplaw billi nħarsu lejn ix-xemx li titla’ kull filgħodu, jew lejn is-siġar li jxiddu l-ħdura tagħhom fir-rebbiegħa; nistgħu nikkontemplaw billi nisimgħu xi mużika jew l-għana tal-għasafar, naqraw ktieb, quddiem opra ta’ arti jew xi kapulavur kif inhuwa l-wiċċ tal-bniedem… Carlo Maria Martini, mibgħut biex ikun Isqof ta’ Milan, semma l-ewwel Ittra pastorali tiegħu “Id-dimensjoni kontemplattiva tal-ħajja”: fil-fatt, min jgħix f’belt kbira, fejn kollox – nistgħu ngħidu – huwa artifiċjali, fejn kollox huwa funzjonali, jirriskja li jitlef il-ħila li jikkontempla… Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Udjenza: Il-meditazzjoni hi mod kif niltaqgħu ma’ Ġesù

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum se nitkellmu fuq dik l-għamla ta’ talba li hi l-meditazzjoni. Għan-Nisrani, li “timmedita” jfisser tfittex sinteżi: ifisser noqogħdu quddiem il-paġna kbira tar-Rivelazzjoni biex nagħmluha tagħna, nitwaħħdu magħha kompletament. U n-Nisrani, wara li jkunu laqa’ l-Kelma ta’ Alla, ma jżommhiex magħluqa fih, għax dik il-Kelma trid tiltaqa’ ma’ “ktieb ieħor”, li l-Katekiżmu jsejjaħlu “dak tal-ħajja” (ara Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, 2706)… Kompli aqra »

Il-Papa: Il-migranti fuq il-baħar m’għandhom qatt jiġu mċaħħda mill-għajnuna

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

F’dar-raba’ Ħadd tal-Għid, magħruf bħala l-Ħadd tar-Ragħaj it-Tajjeb, l-Evanġelju (Ġw 10,11-18) jippreżentalna lil Ġesù bħala l-veru ragħaj li jiddefendi, jagħraf u jħobb lin-nagħaġ tiegħu.

B’kuntrast miegħu, mar-Ragħaj it-Tajjeb, għandna l-“merċenarju”, li ma jimpurtahx min-nagħaġ għax mhumiex tiegħu.  Jagħmel dax-xogħol biss għall-paga, ma jħabbilx rasu biex jiddefendihom: meta jasal il-lupu jaħrab u jabbandunahom (cfr vv. 12-13).  Iżda Ġesù, ir-ragħaj veru, jiddefendina dejjem, joħroġna minn bosta sitwazzjonijiet diffiċli, sitwazzjonijiet perikolużi, permezz tal-kelma tiegħu u l-qawwa tal-preżenza tiegħu, li aħna nħossu bla waqfien, jekk inkunu rridu nisimgħu, kuljum… Kompli aqra »