L-Aħbarijiet

22 entità b’position paper lill-membri parlamentari dwar l-użu rikreattiv tal-kannabis

Jappellaw għal dibattitu matur u riċerkat

Tnejn u għoxrin entità ppreżentaw lill‑membri parlamentari position paper dwar l‑abbozz ta’ liġi dwar l‑użu rikreattiv tal‑kannabis. L‑entitajiet, li qed jesprimu l‑oppożizzjoni tagħhom għal din il‑liġi, huma mħassba serjament dwar l‑effetti li ser ikollha fuq is‑soċjetà u qed jappellaw għal dibattitu serju, matur u riċerkat dwar is‑suġġett. Il‑liġi proposta se tkun ppreżentata llum fil‑Parlament għad‑dibattitu.

L‑entitajiet kollha, li ħafna minnhom jaħdmu ma’ tfal u żgħażagħ, jemmnu bis‑sħiħ li kif inhu ppreżentat bħalissa, l‑abbozz se jkollu effett negattiv li jinnormalizza l‑użu tad‑droga filwaqt li jonqos milli jipproteġi kemm lis‑soċjetà kif ukoll lil min juża d‑droga… Kompli aqra »

Aktar minn 1,800 post vakanti għall-istudenti fl-iskejjel tal-Knisja

Dħul fl-iskejjel tal-Knisja f'Malta u Għawdex fl-2022

Ir‑regolamenti għad‑Dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja għas‑sena skolastika 2022‑2023 ser jiġu ppubblikati t-Tlieta 16 ta’ Novembru 2021, u huma aċċessibbli hawnhekk. B’kollox ser ikun hemm 1,848 post vakanti għall‑istudenti (1,596 f’Malta u 252 f’Għawdex). L‑applikazzjonijiet se jsiru kollha online. L‑applikazzjonijiet tal‑‘Ewwel Kriterju’ jsiru bejn it‑23 ta’ Novembru u t‑2 ta’ Diċembru 2021. L‑applikazzjonijiet ta’ ‘Applikanti l‑Oħra’ jintlaqgħu bejn l‑1 u l‑14 ta’ Frar 2022… Kompli aqra »

30 żgħażagħ jipparteċipaw f’YouthEARN

Iż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK) organizzat l-attività ta’ YouthEARN bejn is-Sibt 6 u l-Ħadd 7 ta’ Novembru, li għaliha ħadu sehem 30 żgaħżagħ bejn 15 u 18-il sena minn diversi ċentri madwar Malta.

Dan il-proġett, iffinanzjat mill-Achievers’ Scheme tal-Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, ta l-opportunità liż-żgħażagħ jipparteċipaw f’diversi attivitajiet bħal abseiling, archery u camping. Iż-żgħażagħ ħadu sehem ukoll f’sessjonijiet tal-arti u d-drama kif ukoll f’workshop mogħti mis-Sedqa… Kompli aqra »

Il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fil-parroċċi

Fi tmiem il-quddies tas-Solennità ta’ Kristu Re nhar it-22 ta’ Novembru 2020, il-Papa Franġisku sejjaħ biex terġa’ titnieda ċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fil-knejjes. Dakinhar ħabbar li din iċ-ċelebrazzjoni, li tradizzjonalment kienet issir f’Ħadd il-Palm, minn din is-sena tibda ssir fis-Solennità ta’ Kristu Re.

Minħabba li r-restrizzjonijiet tal-pandemija jimpedixxu li tittella’ ċelebrazzjoni fuq livell djoċesan, il-Malta Catholic Youth Network (MCYN) ippreparat gwida dwar kif tista’ ċċelebrata din l-okkażjoni f’kull parroċċa permezz ta’ velja ta’ talb u quddiesa ddedikata apposta… Kompli aqra »

Il-Papa jitlob mal-foqra f’Assisi: “Jalla naqsmu dejjem il-ħobż tagħna ma’ dawk fil-bżonn”

Pope Francis kicked off his Friday morning visit to the Italian town of Assisi with an unexpected visit to the Poor Clares Convent, where he met privately with the cloistered nuns serving the Church in prayer.

He then travelled to the Basilica of St. Mary of the Angels, where a poor person presented him with the pilgrim’s staff and mantle, to show that all present were pilgrims in the town of St… Kompli aqra »

Kumitat ġdid tal-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tal-Knisja

Waqt il‑laqgħa ġenerali annwali tal‑Assoċjazzjoni tal‑Iskejjel tal‑Knisja (CSA), li tirrappreżenta 55 skola tal‑Knisja f’Malta u Għawdex, intagħżlu l‑membri l‑ġodda tal‑kumitat għas‑snin 2021‑2024.

Fr Jimmy Bartolo SJ ġie kkonfermat bħala koordinatur tal‑assoċjazzjoni. Stephen Cachia ntagħżel bħala viċi kordinatur, Fr Jeremy Vella SDB bħala teżorier, Mariuccia Fenech bħala segretarja u Roberta Mifsud Bonnici bħala viċi segretarja. Fr Clinton Farrugia MSSP, Dun Mark Ellul, Mario Mallia, u Elton Vella ntagħżlu bħala membri tal‑kumitat… Kompli aqra »

Premju Ċittadin Ewropew 2021 għad-Dar tal-Providenza

  Is-sala Paul-Henri Spaak, Brussell

Kienet tassew okkażjoni speċjali għal Fr Martin Micallef, Direttur, u Nadine Camilleri Cassano, Amministratur tad-Dar tal-Provdenza, meta fid-9 ta’ Novembru 2021 ġew ippreżentati bid-Diploma tal-Premju Ċittadin Ewropew 2021. Il-preżentazzjoni saret mill-Viċi President tal-Parlament Ewropew u Kanċillier tal-Premju Ċittadin Ewropew, Dita Charanzovà waqt ċerimonja li saret apposta fis-sala Paul-Henri Spaak fi Brussell. Charanzovà qalet li l-proġetti kollha rebbieħa għas-snin 2020-2021 huma l-eżempji, l-ispirazzjonijiet u l-eroj vera għall-ħidma tagħhom fis-soċjetà… Kompli aqra »

Quddiesa mill-Isqof Galea-Curmi mal‑gradwati l‑ġodda tal‑Università

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi jiċċelebra quddiesa mal‑gradwati l‑ġodda tal‑Università, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fil-11 ta’ Novembru fis-6:30pm.

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija… Kompli aqra »

Seba’ qaddisin ġodda f’Mejju 2022

The Congregation for the Causes of Saints announces the date for the canonization of Charles de Foucauld and six other Blesseds.

Pope Francis will canonise Blessed Charles De Foucauld, considered to be one of the pioneers of interreligious dialogue, together with six other Blesseds, during a Canonisation Mass in St Peter’s Basilica on 15 May.

The announcement was made on Tuesday by the Congregation for the Causes of Saints… Kompli aqra »

L-allegati fenomeni f’Medjugorje

Il-pellegrinaġġ tal-Madonna ta’ Medjugorje

Dan l-aħħar kienu bosta dawk, fost il-qarrejja ta’ din il-gazzetta, li staqsew għal tagħrif dwar il-fenomeni ta’ Medjugorje, u x’inhi l-pożizzjoni tal-Knisja dwarhom. Il-fenomeni li tant intqal dwarhom fl-aħħar 40 sena bdew sewwasew fl-1981 fir-raħal ta’ Medjugorje li jinsab fid-djoċesi ta’ Mostar fil-Bosnija-Ħerzegovina. Meta beda l-allegat fenomenu kienet għadha teżisti l-Jugoslavja, pajjiż li aktar tard inqasam f’għadd ta’ pajjiżi indipendenti.

Il-fenomenu beda meta jingħad li l-Madonna dehret lil sitt żgħażagħ u waslitilhom bosta messaġġi tul is-snin sal-ġurnata tal-lum… Kompli aqra »