L-Aħbarijiet

Il-Papa lill-Isqfijiet Ewropej: L-imħabba biss tissodisfa l-qalb tal-bniedem

Malta hi rappreżentata mill-Arċisqof Charles Scicluna

Pope Francis celebrates Mass to open the CCEE plenary assembly on Thursday evening 

In his homily at Mass with the Council of Bishops’ Conferences of Europe (CCEE) on Thursday, Pope Francis reflected on “three words that challenge us as Christians and Bishops in Europe: reflect, rebuild and see.”

Bishops from across Europe are in Rome to celebrate the 50th anniversary of the CCEE with a plenary conference on 23-26 September… Kompli aqra »

Tibda l-Assemblea Plenarja tas-CCEE f’Ruma

The Jubilee Assembly of the Council of European Bishops’ Conferences will begin tomorrow afternoon with Mass presided over by Pope Francis in St Peter’s Basilica. At the end of the Holy Mass, the participants in the Plenary Assembly will gather together at Peter’s tomb to renew their profession of faith. After a period of silence and a moment of personal prayer at the tombs of St Paul VI and Pope John Paul I, they will conclude their brief pilgrimage of gratitude to the popes who have accompanied the CCEE over the past 50 years at the tomb of St John Paul II with the recitation of the prayer to Mary, Mother of Europe, written by the holy Polish pope himself at the conclusion of his apostolic exhortation Ecclesia in Europa… Kompli aqra »

L-Arċisqof ibierek is-soup kitchen tal-Franġiskani fil-Belt

L-Arċisqof Charles Scicluna żar u bierek is-Soup Kitchen immexxija mill-patrijiet Franġiskani, li tinsab fil-kunvent Ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta. Patri Marcellino Micallef OFM, id-direttur ta’ din il-kċina Franġiskana, kif ukoll il-viċi direttur Dr Alexiei Dingli, dawru lill-Arċisqof Scicluna mal-binja u spjegaw x’tinvolvi l-ħidma biex ikunu jistgħu jitimgħu madwar 100 persuna kuljum. L-Arċisqof Scicluna ltaqa’ wkoll mal-voluntiera u fil-ktieb tal-mistednin ħalla dan il-messaġġ:

“Lill-persuni kollha ta’ rieda tajba li ħadmu u jaħdmu fis-‘Soup Kitchen OFM Valletta’ u jemmnu fil-motto ‘Life with Dignity’, lill-mistiedna li jpoġġu għall-mejda tal-imħabba fl-ispirtu ta’ San Franġisk, bil-qalb miksura imma bit-tama fir-ruħ, lill-benefatturi kollha ta’ dan l-att, ta’ din l-opra tal-ħniena, kull barka u kull ġid.”

Patri Marcellino Micallef OFM spjega lill-Arċisqof li ‘Soup Kitchen OFM Valletta’ hi ispirata mill-Evanġelju skont San Luqa: “Agħtuhom x’jieklu” (Lq 9:13)… Kompli aqra »

Il-Kunsill tal-Kardinali jiltaqa’ biex jiddiskuti s-Sinodu tal-Isqfijiet

Pope Francis joined the Council of Cardinals for their online meeting on Monday afternoon, according to a communique from the Holy See Press Office released on Tuesday.

“After a brief introduction to the work by Cardinal Óscar Rodríguez Maradiaga, Pope Francis offered a reflection on the opening of the work of the next Synod on synodality,” said the statement.

The Pope reviewed two of his speeches “identified as central to his thinking” on the next Synod: “his 2015 speech for the 50th anniversary of the institution of the Synod of Bishops; and his discourse to the faithful of the Diocese of Rome last Saturday.”

The statement said the Pope “made it clear that at the heart of the reflection is not so much the deepening of a specific theme as learning a way of living the Church, marked at all levels by mutual listening and a pastoral attitude, particularly in the face of the temptations of clericalism and rigidity.”

The Cardinals present then shared their own reflections on various aspects of the synodal path and the need to overcome “sectarianism and partisan interests.”

The next meeting was scheduled for December, when the Cardinals hope to meet in person… Kompli aqra »

Dar Regina Pacis: ix-xogħol ta’ restawr jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin

  Ħal Balzan

Ix-xogħol ta’ restawr f’Dar Regina Pacis f’Ħal Balzan se jitlesta fil-ġimagħat li ġejjin u se tkun tista’ toffri l-ewwel servizz ta’ social housing mhux governattiv f’Malta. Id-Dar se tilqa’ familji u individwi li għal xi raġuni jew oħra m’għandhomx ċans jgħixu b’mod indipendenti għal rashom. Minbarra li jkollhom saqaf fuq rashom dawn il-persuni ser jingħataw l-għajnuna biex jiksbu l-ħiliet u s-sapport biex ikunu jistgħu jgħixu b’mod indipendenti fil-komunità, wara li jispiċċaw il-program tagħhom fid-dar… Kompli aqra »

ŻAK involuta fi proġett ta’ riċerka biex tifhem liż-żgħażagħ aħjar

Taħriġ f’Malta għal persuni li jiġbru d-data mill-Azzjoni Kattolika tal-Italja, ir-Rumanija, Spanja u Malta

Fil-bidu ta’ Settembru, iż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK) laqgħet f’Malta numru ta’ persuni li qegħdin jiġbru d-data (data collectors) mill-Azzjoni Kattolika Rumena, Spanjola, Taljana u kif ukoll miż-ŻAK stess. Dawn il-persuni ngħataw taħriġ fuq tlitt ijiem bħala parti mill-proġett ta’ riċerka ta’ tliet snin li qed isir bejn dawn l-għaqdiet (strategic partnership).

Il-proġett, bl-isem ta’ ‘Supporting Volunteers in Youth Organisations’ għandu l-għan li jitfa’ dawl fuq il-parteċipazzjoni u l-impenn tal-voluntiera żgħażagħ f’dawn l-erba’ għaqdiet… Kompli aqra »

Live: Pontifikal Statali f’Jum l-Indipendenza 2021

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna jiċċelebra Pontifikal Statali fil‑festa nazzjonali ta’ Jum l‑Indipendenza, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il-Quddiesa tixxandar fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd… Kompli aqra »

Il-midwives huma ministri tal-ħajja – L-Arċisqof

L-inawgurazzjoni tal-uffiċini ġodda tal-MUMN

  Ħal Qormi

Il-Ħadd 19 ta’ Settembru 2021, l-Arċisqof Charles Scicluna bierek l-uffiċini l-ġodda tal-MUMN waqt l-inawgurazzjoni tagħhom f’Ħal Qormi fil-preżenza tal-President ta’ Malta George Vella, il-President tal-MUMN Paul Pace u uffi`ċjali tal-MUMN. L-inawgurazzjoni saret f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-union.

Mons. Arċisqof talab biex fil-mumenti diffiċli u delikati tal-ħajja l-qwiebel ikomplu jkunu ministri tal-ħajja. Żied jgħid: “Nitolbok Mulej tbierek dawn l-uffiċini imma speċjalment lil min se jużahom, min se jitħarreġ hawn, id-deċiżjonijiet kollha li jittieħdu biex fuq kollox l-ispirtu li jmexxi lil dak kollu li jsir hawn ikun favur il-marid, is-servizzi tas-saħħa, il-familji u s-saħħa mentali tan-nurses u l-midwives u fuq kollox li naħdmu għal soċjetà mimlija solidarjetà u għożża.”

More Photos Kompli aqra »

L-Isqof ta’ Tripli jżur id-Dar tal-Providenza

Nhar it-Tlieta 14 ta’ Settembru 2021, l-Isqof ta’ Tripli, Mons. George Bugeja OFM għamel żjara lid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi. Hu kkonċelebra quddiesa fil-kappella tad-Dar flimkien mad-Direttur tad-Dar Dun Martin Micallef, u d-Direttur Spiritwali Fr Trevor Fairclough, fil-preżenza ta’ numru ta’ residenti, ħaddiema u volontiera dejjem b’rispett lejn il-miżuri kontra l-COVID-19 kif mitluba mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. 

Wara, l-Isqof Bugeja kellu l-opportunità jara d-diversi servizzi li toffri d-Dar fosthom is-servizzi tal-akwaterapija, il-kmamar multisensorjali, iċ-Ċentru Agrikolu u iċ-Ċentru SPRED, fost oħrajn… Kompli aqra »

Proġett b’fondi Ewropej b’risq it-tfal u l-ħaddiema fid-djar tal-Knisja

Tliet entitajiet tal-Knisja jibbenefikaw minn fondi Ewropej

  Dar Fra Diegu, il‑Ħamrun

Tliet entitajiet tal‑Knisja li jmexxu djar residenzjali għat‑tfal se jaħdmu flimkien fuq proġett li se jkompli jtejjeb il‑ħajja tat‑tfal u l‑adolexxenti li jgħixu fid‑djar tal‑Knisja. Dan il‑proġett se jsir b’investiment ta’ €250,000 li 80% minnhom se jkunu kofinanzjati minn fondi tal‑Unjoni Ewropea u l‑bqija se jiġu ffinanzjati mill‑Knisja. Minn din ir‑riċerka se jibbenefikaw mhux biss it‑tfal iżda wkoll il‑professjonisti li jaħdmu magħhom. Fil‑preżent, f’dawn id‑djar tal‑Knisja jgħixu 72 tifel u tifla li ġejjin minn ċirkustanzi diffiċli fil‑familja, u li ġew fdati lill‑Knisja mill‑Istat għall‑kura u l‑ħarsien tagħhom… Kompli aqra »