L-Aħbarijiet

Il-Papa waqt l-Angelus: Niftħu għajnejna għall-preżenza umli tal-Mulej

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju li naqraw fil-liturġija ta’dal-Ħadd (Mk 6, 1-6) jirrakkuntalna n-nuqqas ta’ fidi tan-nies tar-raħal fejn twieled Ġesù.  Wara li hu kien ipprietka fil-villaġġi l-oħra tal-Galileja, reġa’għadda Nażaret, fejn kien kiber flimkien ma’ Marija u Ġużeppi; hu jum is-Sibt u beda jgħallem fis-sinagoga.  Ħafna li kienu jisimugħ bdew jistaqsu: “Mnejn kisbu dan l-għerf kollu?  Dan mhuwiex il-mastrudaxxa bin Marija jiġifieri l-ġirien tagħna li nafuhom sewwa?” (cfr vv… Kompli aqra »

Arċipriet ġdid għall-parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Dun Albert Buhagiar bħala arċipriet tal‑parroċċa ta’ San Filep ta’ Aġira, Ħaż‑Żebbuġ.

Dun Albert Buhagiar twieled Ħal Tarxien fid‑19 ta’ Awwissu 1964. Huwa rċieva l‑formazzjoni għas‑saċerdozju fis‑Seminarju tal-Arċisqof f’Tal‑Virtù, ir‑Rabat, u segwa l‑istudji tal‑Filosofija u t‑Teoloġija fil‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta. Ġie ordnat saċerdot fit‑2 ta’ Lulju 1993.

Dun Albert serva bħala viċi kappillan fil‑parroċċa tal‑Gżira u fil‑parroċċa taż‑Żejtun… Kompli aqra »

Bis-setgħa tal-qawmien tiegħu mill-imwiet jiżra’ fina ż-żerriegħa tal-ħajja ta’ dejjem – L-Arċisqof

Quddiesa fit-13-il Ħadd matul is-Sena

  Il-Knisja ta' Santa Ubaldeska, Raħal Ġdid

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju ta’ San Mark hu l-iqsar Evanġelju. Fil-fatt għandu biss 16-il kapitlu imma fl-istess ħin dan ir-rakkont hu wieħed mill-itwal rakkonti.

Dan il-vjaġġ ta’ Ġesù li jisma’ l-karba ta’ missier li kien jismu Ġajru, kien wieħed mill-kapijiet tas-Sinagoga, bniedem ta’ prestiġju, bniedem influwenti, imma quddiem il-mard tat-tifla tiegħu ta’ 12-il sena, Ġajru jħoss li m’għandux poter, li dak kollu li setgħet tagħtih is-soċjetà ma kien jiswa xejn… Kompli aqra »

Caritas tkompli tikkumbatti l-miżinformazzjoni u tinkoraġġixxi l-ħajja bla użu ta’ sustanzi

  Jum Dinji kontra l-abbuż tad-Droga

F’Diċembru tal-1987, fl-Assemblea tan-Nazzjonijiet Magħquda ġie deċiż li s-26 ta’ Ġunju jkun Jum iddedikat kontra l-abbuż tad-droga u traffikar illeċitu. Ta’ kull sena, madwar id-dinja dan il-jum jiġi osservat u dejjem ikollu tema marbuta miegħu. It-tema ta’ din is-sena hi: ‘Aqsam il-fatti dwar id-droga biex issalva l-ħajjiet’.

Għal dawn l-aħħar 24 sena kemm ilu jiġi ċċelebrat dan il-jum, Caritas Malta ħarġet bil-messaġġi tagħha f’dan il-jum tant importanti… Kompli aqra »

Xogħlijiet imħejjija għall-Mużew tal-Konkatidral ta’ San Ġwann

Dawk li jgħaddu minn Triq il-Merkanti jinnutaw li ntrama tower crane fuq is-sit fejn se tinbena s-Sala tal-Arazzi, flimkien ma’ taraġ spirall u piston lift li se jkunu uniċi f’Malta. Għalkemm ix-xogħol mhux daqstant viżibbli għall-pubbliku, diġà sar ammont konsiderevoli ta’ xogħol u preparamenti kbar. Il-konsulenti tal-Fondazzjoni, AP Valletta u EM Architects qed jaħdmu flimkien biex ilestu dan il-proġett.

Primarjament diġà saru testijiet ġeoloġiċi sabiex jassiguraw li l-pedamenti li fuqhom se tinbena s-Sala tal-Arazzi jkunu adegwati… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ ommijiet b’diffikultajiet waqt it-tqala

Żjara f’Dar Tgħanniqa ta’ Omm

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ltaqa’ ma’ wħud mill‑ommijiet li bħalissa qed jgħixu fir‑residenza Dar Tgħanniqa ta’ Omm, il‑Mosta, li tgħin nisa u tfajliet li minkejja d‑diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom jagħżlu l‑ħajja tat‑tarbija fil‑ġuf. Din id‑dar, li hija mmexxija mill‑Fondazzjoni Life Network, toffri kenn lin‑nisa tqal sa sena wara li titwieled it‑tarbija, u dawn jibqgħu jiġu akkumpanjati sakemm il‑mara flimkien ma’ binha jew bintha, terġa’ ssib saqajha fis‑soċjetà… Kompli aqra »

Maratona b’risq id-Dar tal-Providenza

Nhar il-Ħadd 4 ta’ Lulju 2021, id-Dar tal-Providenza se tkun qed torganizza maratona ta’ ġbir ta’ fondi li se tkun imxandra fuq l-istazzjonjiet televiżivi ewlenin bejn nofsinhar u nofsilejl.  Din il-maratona qed issir minflok il-Maratona tal-Volleyball li din is-sena, bħas-sena l-oħra, mhux possibli li ssir minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Il-ġbir minn din il-maratona se jmur biex fost oħrajn ikun jista’ jitnieda proġett ta’ immodernizzar ta’ erba’ flettijiet f’Villa Papa Giovanni biex kull persuna jkollha ambjent dejjem aktar dinjituż bħal bi kmamar personali mgħammra bis-servizzi meħtieġa… Kompli aqra »

Skola tal-Knisja, skola tal-Istat, għan wieħed

L-għan tal-Ispiritual Development in Schools (SDS) huwa li jassisti skejjel tal-Istat u dawk indipendenti fit-tisħiħ spiritwali u kura pastorali. Għalhekk il-kuntatt mal-iskejjel, mar-religious counsellors u ċ-chaplians huwa importanti. Dan il-proġett kollaborattiv issemma Everday Superheroes (Eroj ta’ Kuljum) u ra il-bidu tiegħu waqt telefonata bejn Joseph Degabriele, ħaddiem pastorali fi ħdan l-SDS u Graziella Vassallo Theuma, assistent kap fl-iskola Primarja B taż-Żejtun. Sarah Mallia, assitent kap minn De le Salle Junior School, kienet avviċinata biex tissieħeb mill-bidu… Kompli aqra »

Il-pożizzjoni tal-COMECE fuq ir-rapport dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet sesswali u riproduttivi tan-nisa fl-UE

In view of the final vote on the draft report on “The situation of sexual and reproductive health and rights in the EU, in the framework of women’s health”, often referred to as the ‘Matić Report’, the Secretariat of COMECE releases a position paper highlighting the importance the Catholic Church gives to human health as “an essential basis for a dignified life”Kompli aqra »

Is-solennità tat-Twelid ta’ San Ġwann Battista

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

The solemnity of the Birth of St John the Baptist will be celebrated at St John’s Co-Cathedral in Valletta with the following programme. On Wednesday 23rd June, vigil of the Solemnity, the solemn translation of the holy relic of St John the Baptist, will start at 6pm followed by First Vespers (evening prayers) and Solemn High Mass presided by Archbishop Charles Scicluna together with the Metropolitan Chapter… Kompli aqra »