L-Aħbarijiet

Iċ-ċelebrazzjoni tal-quddies mal-komunità mill-Ħadd li ġej

Minn nhar il‑Ħadd li ġej, 18 ta’ April 2021, l‑Insara ser ikunu jistgħu jerġgħu jipparteċipaw fil‑quddies fil‑knejjes f’Malta u Għawdex. Dan wara r‑reviżjoni tal‑miżuri li tħabbru mill‑Awtoritajiet tas‑Saħħa l‑ġimgħa li għaddiet.

F’messaġġ fuq il‑media soċjali, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna stieden lil kull min jista’, sabiex il‑Ħadd li ġej jinġabar fil‑knejjes biex jisma’ l‑Kelma ta’ Alla u jirċievi l‑Ewkaristija.

L‑Insara huma mħeġġa jattendu għall‑quddies mal‑komunità filwaqt li jkomplu jħarsu l‑miżuri għall-ħarsien tas-saħħa kif sar qabel… Kompli aqra »

L-Arċisqof Emeritu joħroġ mill-isptar

L-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. ilbieraħ filgħaxija ħareġ mill-Isptar Mater Dei u jinsab lura fir-residenza tad-Dar tal-Kleru f’Birkirkara. Huwa jirringrazzja lil dawk kollha li talbu għalih f’dawn il-jiem. Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Udjenza: Il-Knisja hi d-dar u l-iskola tat-talb

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-Knisja hija skola kbira ta’ talb. Ħafna minna tgħallmu s-sillabi tal-ewwel talbiet fuq ħoġor il-ġenituri jew in-nanniet tagħhom. Forsi għadna ngħożżu t-tifkira ta’ ommna jew ta’ missierna jgħallmuna ngħidu xi talba qabel nidħlu norqdu. Dawn il-mumenti ta’ ġabra spiss huma dawk li fihom il-ġenituri jisimgħu lil uliedhom jafdawlhom xi ħaġa intima u jistgħu jagħtuhom il-parir tagħhom imnebbaħ mill-Vanġelu… Kompli aqra »

Postulatur ġdid għall-kawża ta’ beatifikazzjoni u l-kanonizzazzjoni ta’ Henry u Inez Casolani

L-Arċisqof Charles Jude Scicluna approva l-ħatra ta’ Patri Josef Sciberras bħala l-postulatur għall-kawża ta’ beatifikazzjoni u l-kanonizzazzjoni tal-koppja Henry u Inez Casolani.

Patri Josef Sciberras twieled tal-Pietà fl-1975, u huwa mill-Fgura. Fl-1992 daħal fil-komunità Agostinjana, fejn wara is-sena tan-novizzjat għamel l-ewwel professjoni tal-voti reliġjużi. Fl-1999 għamel il-professjoni solenni u rċieva l-ordinazzjoni presbiterali fil-Ġublew tas-sena 2000. Diversi huma l-ħidmiet li eżerċita fil-Provinċja Agostinjana ta’ Malta: Pirjol tal-kunvent tar-Rabat u Surmast tal-Formazzjoni tal-kandidati għal-ħajja reliġjuża Agostinjana, Segretarju u Arkivista Provinċjali, delegat provinċjali għall-patrimonju kulturali agostinjan, responsabbli mit-traduzzjoni tal-liturġija Agostinjana fl-ilsien Malti… Kompli aqra »

Id-donazzjonijiet għad-Dar tal-Providenza u l-Caritas

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta tinnota b’dispjaċir l‑istqarrija tal‑kumpanija GO iktar kmieni llum, fejn intqal li l‑ammont ta’ donazzjonijiet irrappurtati miġbura permezz ta’ maratoni televiżivi ġie rivedut ’l isfel b’€1.4 miljun. Is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi, Michael Pace Ross, qal li kważi nofs dan it‑tnaqqis, ekwivalenti għal €654,000, se jaffettwa l‑pjanijiet tad‑Dar tal‑Providenza u l‑Caritas, b’impatt dirett fuq il‑ħidma matul din is‑sena ta’ dawn iż‑żewġ istituzzjonijiet ta’ karità tal‑Knisja.

F’laqgħa mal‑Kap Eżekuttiv tal‑GO s‑Sur Nikhil Patil, is‑Sur Pace Ross esprima d‑diżappunt tal‑Arċidjoċesi u qal li dan ma kienx il‑livell ta’ servizz li l‑Arċidjoċesi tistenna mill‑kumpanija GO… Kompli aqra »

Il-Papa: “Wara li rċevejna l-ħniena, ejjew nuru ħniena”

The risen Jesus appeared to the disciples on several occasions. He patiently soothed their troubled hearts. Risen himself, he now brings about “the resurrection of the disciples”. He raises their spirits and their lives are changed. Earlier, the Lord’s words and his example had failed to change them. Now, at Easter, something new happens, and it happens in the light of mercy. Jesus raises them up with mercy… Kompli aqra »

L-Arċisqof Emeritu rikoverat fl-Isptar Mater Dei

L-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. jinsab rikoverat l-Isptar Mater Dei f’kundizzjoni medika tajba wara li lbierah filgħaxija sarlu intervent minuri f’qalbu.

Waqt il-Quddiesa tal-Ħadd li xxandret dalgħodu, Mons. Arċisqof Charles Scicluna ħeġġeġ lill-Insara biex jitolbu għalih. Kompli aqra »