L-Aħbarijiet

Maniġer ġdid għad-Dar tal-Anzjani tal-Knisja ‘Dar Sagra Familja’

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta ħatret lil George Portanier bħala maniġerta’ Dar Sagra Familja fin‑Naxxar, b’effett mill‑1 ta’ Ġunju.

Is‑Sur Portanier għandu Masters fil‑Finanzi u Investimenti minn York University, MBA mill‑Università ta’ Edinburgh u Masters fl‑Ekonomija tal‑Liġi tal‑Kompetizzjoni mill‑Università ta’ Malta. Hu serva għal aktar minn 20 sena fuq il‑bord tad‑diretturi tal‑Bank of Valletta plc. Sal‑2002 kien ukoll membru tal‑bord ta’ Portanier Brothers Ltd, u kien imexxi l‑istess ażjenda tal‑familja… Kompli aqra »

Dar San Blas tilqa’ mill-ġdid persuni b’dipendenza mid-droga wara li għamlu kwarantina f’Dar Miceli

  Caritas tkompli sservi lil min għandu bżonn waqt il-pandemija tal-Covid-19

Minħabba l-pandemija tal-COVID-19 Caritas Malta kellha twaqqaf id-dħul ta’ nies fid-djar ta’ rijabilitazzjoni mid-dipendenza fuq id-droga li ġab tħassib serju dwar kif dawn il-persuni u qrabathom se jagħmlu mingħajr dan ir-refuġju, anke fid-dawl li ħafna mis-servizzi li jagħmlu użu minnhom dawn il-persuni ġew limitati.

Wara ġimgħat ta’ ħidma intensiva b’diskussjonijiet mal-awtoritajiet konċernati, f’dawn l-aħħar jiem l-ewwel tliet persuni ġew aċċettati f’San Blas wara perjodu ta’ ġimagħtejn kwarantina f’Dar Charles Miceli fil-Mosta… Kompli aqra »

Stedina mill-Isqfijiet biex il-poplu jingħaqad fit-talb mal-Papa Franġisku

Il-grotta ta’ Lourdes fil-Ġnien tal-Vatikan (Ritratt: CNS photo/L’Osservatore Romano)

L‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex jistiednu lill‑Poplu Malti u Għawdxi biex fil‑Jum Solenni ta’ Għid il‑Ħamsin, għada, meta kellha sseħħ fostna iż‑Żjara tal‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku, jingħaqad fit‑talb għall‑Qdusija Tiegħu, għall‑Knisja, għal pajjiżna u għad‑dinja.

L‑Isqfijiet ser jingħaqdu mal‑Papa Franġisku fit‑talb: l‑Isqof Mario Grech mis‑Santwarju Nazzjonali tal‑Madonna Ta’ Pinu llejla fil‑5:30 p.m.; l‑Arċisqof Charles Scicluna mis‑Santwarju Nazzjonali tal‑Madonna tal‑Mellieħa għada fid‑9:30 a.m… Kompli aqra »

Live: Rużarju mill-Papa Franġisku – 30 ta’ Mejju, 5:30pm

  Il-Grotta ta’ Lourdes, il‑Ġonna tal‑Vatikan

Illum is‑Sibt 30 ta’ Mejju, fil‑5:30pm, il‑Papa Franġisku se jingħaqad ma’ santwarji Marjani minn madwar id‑dinja u jmexxi t‑talba tar‑Rużarju biex bl-għajnuna t’Alla tintemm il-pandemija tal-Covid-19 fid-dinja.

Ir‑Rużarju se jixxandar b’mod dirett mill‑Grotta ta’ Lourdes li tinsab fil‑Ġonna tal‑Vatikan, fuq TVM2, Newsbook.com.mt u knisja.mt, kif ukoll mill-paġna ta’ Facebook tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. Kompli aqra »

Ir-Rużarju bil-lingwa tas-sinjali …

Il-kappillani b’għajnuna lill-istudenti għall-eżamijiet

54 parroċċa disponibbli għall-istudenti biex jagħmlu l-eżamijiet tagħhom

54 parroċċa f’Malta qed joffru għajnuna lill‑istudenti li ser ikunu qed jagħmlu l‑eżamijiet online fil‑ġranet li ġejjin, billi joffru spazji fejn l‑istudenti jkunu jistgħu jagħmlu l‑eżami. Numru ta’ kappillani qed joffru wkoll lill‑istudenti s‑servizz ta’ Wi‑Fi li għandhom fil‑bini tal‑parroċċa. L-ispazji offruti jinkludu uffiċċji, ċentri parrokkjali u klassijiet tad‑duttrina.

Din l‑inizjattiva mill‑kappillani għandha tgħin lill‑istudenti li minħabba diversi ċirkustanzi fid‑dar jew fil‑familja ma jkunx possibbli għalihom li joqogħdu għall‑eżami f’post għall‑kwiet… Kompli aqra »

Quddiesa għaż-Żgħażagħ – 30 ta’ Mejju, 7pm

Il-Vġili ta' Għid il-Ħamsin

  Il-Kurja tal-Arċisqof

Qari u kant tal-Quddiesa

Ċelebrant: Fr Brendan Gatt
Animazzjoni: The New Victorians

♫ Fall Afresh – Bethel ♫

Awaken my soul, come awake
To hunger, to seek, to thirst
Awaken first love, come awake
And do as you did, at first

Spirit of the living God come fall afresh on me
Come wake me from my sleep
Blow through the caverns of my soul
Pour in me to overflow

Come and fill this place
Let Your glory now invade
Spirit come and fill this place
Let your glory now invade

Qari I

Għadam niexef, jien se nġib fik ir-ruħ, u inti terġa’ tgħix… Kompli aqra »

Ħallu lill-Ewropa tirkupra permezz tal-ġustizzja

Il-Kummissjoni tal-Affarijiet Soċjali fi ħdan COMECE bi stqarrija dwar pjan ta' rkupru propost għall-UE

In the context of the current Covid-19 pandemic and its dramatic effects on all EU Member States, on Thursday 28 May 2020 the COMECE Social Affairs Commission releases the statement “Let Europe recover through justice”, giving the contribution of the Catholic Church to the proposed EU recovery plan. Mgr. Hérouard: “The EU has the opportunity to take an important step forward in asserting and expressing its solidarity”… Kompli aqra »

It-talb hu l-post fejn jistkenn il-bniedem quddiem il-mewġa tal-ħażen – Il-Papa fl-Udjenza Ġenerali

Katekeżi dedikata lit-talba tal-ġusti

  Il-Bibljoteka tal-Palazz Appostoliku, il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Niddedikaw din il-katekeżi tal-lum lit-talba tal-ġusti.

Il-pjan ta’ Alla għall-bnedmin hu kollu tjieba, imma fil-ħajja tagħna ta’ kuljum inġarrbu l-preżenza tal-ħażen: hija esperjenza ta’ kuljum. L-ewwel kapitli tal-ktieb tal-Ġenesi jiddeskrivu kif ftit ftit id-dnub beda jixtered fil-ħajja tal-bniedem. Adam u Eva (ara Ġen 3:1-7) jiddubitaw il-fehmiet tajbin ta’ Alla, u jaħsbu li qed jagħmluha ma’ xi divinità għajjura, li ma tridx il-ferħ tagħhom… Kompli aqra »