L-Aħbarijiet

Talba lil San Publiju

San Publiju,

Prinċep tal-gżira ta’ Malta u patrun tagħha,
agħtina il-grazzja li aħna nimitawk fil-qalb kbira u ġeneruża tiegħek,
li aħna niltaqgħu ma’ Ġesù fil-qawwa tiegħu li jfejjaq,
b’mod speċjali f’dawn iż-żminijiet meta aħna fil-periklu tal-mard kontaġġjuż u qerriedi.

Nitolbuk tinterċedi għalina biex ngħarfu nieħdu ħsieb xulxin,
inħobbu ’l xulxin u biex nagħrfu niftħu qalbna għal kulħadd,
hu min hu,
kemm dawk li jgħixu fostna,
kemm dawk li jinsabu fl-ibħra ta’ madwarna fil-periklu, jixxennqu u jitkarrbu għall-għajnuna tagħna… Kompli aqra »

Il-ħlasijiet tal-funerali u l-għajnuna mill-kappillani

Stqarrija mill-Kulleġġ tal-Kappillani

Is-70 kappillan tal-Arċidjocesi ta’ Malta ssospendew l-kontribut finanzjarju mogħti lis-saċerdot għas-servizz tal-funerali. Din il-miżura temporanja hija intenzjonata li ttaffi d-diffikultajiet finanzjarji li ħafna familji qed jesperjenzaw konsegwenza tas-sitwazzjoni li żviluppat mill-imxija tal-coronavirus.

Fil-preżent, il-kappillani u l-kummissjoni djakonija ta’ kull parroċċa qed jagħmlu dak kollu possibbli biex jgħinu b’mod konkret lill-familji, b’mod partikolari dawk l-aktar vulnerabbli. Dan minbarra għajnuna oħra spiritwali permezz ta’ inizjattivi ta’ talb online jew talb privat fil-knejjes parrokkjali… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza Ġenerali jitlob biex inħarsu lid-dinja

Ċelebrat il-50 Jum id-Dinja

  Il-Vatikan

Messaġġ mill-Papa Franġisku

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum qed niċċelebraw il-50 Jum Dinji tal-Art. Hija opportunità biex inġeddu l-impenn tagħna biex inħobbu d-dar komuni tagħna u nieħdu ħsieb tagħha u tal-membri l-aktar dgħajfa tal-familja tagħna. Kif qed turina l-pandemija traġika tal-Coronavirus, flimkien biss u jekk nieħdu ħsieb tal-iktar dgħajfa nistgħu negħlbu l-isfidi globali. L-Ittra enċiklika Laudato sì għandha proprju dan is-sottotitlu: “dwar l-għożża tad-dar komuni”… Kompli aqra »

Il-Bibbja bil-Malti issa fuq il-Bible app ‘YouVersion’

L‑Għaqda Biblika Maltija, li għadha kif lestiet il‑ħames edizzjoni tat‑traduzzjoni tal‑Bibbja mil‑lingwi oriġinali għall‑Malti, tħabbar li t‑test se jkun parti mill‑app tal‑Bibbja popolari YouVersion għall‑iOS u Android.

Bħala parti mis‑servizzi tagħha, YouVersion toffri mhux biss it‑traduzzjoni l‑iktar riċenti tal‑Għaqda Biblika Maltija, imma wkoll l‑opportunità ta’ talb kuljum mill‑Iskrittura, u riżorsi oħra għat‑tfal, żgħażagħ u kbar.

Il‑Bible App tal‑YouVersion, li tintuża fuq iktar minn 415 miljun smartphone, tablet u laptop, tista’ titniżżel b’xejn… Kompli aqra »

Dati ġodda għall-għażla ta’ Skola tal-Knisja

Is‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija qed iħabbar dati ġodda għall‑għażla ta’ skola tal‑Knisja għas‑sena akkademika li tibda f’Settembru li ġej. L‑għażla ta’ skola se tixxandar live fuq il‑website tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta www.knisja.mt, minn ġo studio mingħajr il‑preżenza tal‑ġenituri u bl‑inqas nies possibbli, minħabba r‑restrizzjonijiet kontra t‑tixrid tal‑coronavirus. Matul il‑proċess kollu ser ikun preżenti nutar.

Waqt il‑proċess tal‑għażla tal‑iskola, il‑ġenituri ser jiġu kkuntattjati bit‑telefown u jintalbu jagħmlu l‑għażla tagħhom… Kompli aqra »

Il-Papa fil-quddiesa tal-lum jitlob għall-politiċi

  Casa Santa Marta, il-Vatikan

At Mass on Monday at the Casa Santa Marta, Pope Francis prayed for all the men and women who have a vocation to political life and, in his homily, reflects on being born again of the Spirit.

After celebrating the Mass yesterday, Divine Mercy Sunday, in the Church of the Holy Spirit in the Saxon District, Pope Francis resumed Masses at the Casa Santa Marta on Monday… Kompli aqra »

Caritas Malta tgħin lil dawk l-aktar vulnerabbli fi żmien il-COVID-19

Caritas Malta mħassba dwar realtà ta’ persuni li bħalissa qed isofru konsegwenzi soċjali u ekonomiċi minħabba l-Covid-19 u li għandhom bżonn għajnuna urġenti.

Permezz ta’ persuni li qed iċemplu fuq linji ta’ Caritas li nfetħu apposta, kif ukoll tal-ħidma mill-qrib ma’ NGOs u l-kapillani fil-parroċċi, Caritas Malta qed tiltaqa’ dejjem iktar ma’ realtajiet ta’ gruppi ta’ nies vulnerabbli li huma l-aktar f’riskju matul din il-kriżi:

  • Dawk li diġà kellhom dħul baxx qabel il-pandemija;
  • Anzjani li jgħixu weħidhom, li kellhom xi għajnuna minn ġirien jew servizzi fid-dar li issa ma jistgħux jingħataw;
  • Ġenituri bi tfal b’diżabbiltà, speċjalment dawk severi li wkoll naqsilhom ir-respite peress li waqqfu l-iskejjel;
  • Dawk il-Maltin jew barranin li diġà sfaw bla saqaf u anki ma jistgħux jaċċessaw xelters minħabba restrizzjonijiet;
  • Barranin li tilfu x-xogħol jew naqsulhom is-sigħat ta’ xogħol u mhux intitolati għall-benefiċċji ta’ nuqqas ta’ impjieg jew sussidju fuq il-kera…
  • Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd bl-Ingliż

Minn għada 19 ta’ April, il-Ħadd tal-Ħniena Divina, l-Arċidjoċesi ta’ Malta se tibda xxandar Quddiesa bl-Ingliż. Din l-inizjattiva qed issir b’kollaborazzjoni mal-PBS.

Il-Quddiesa se tixxandar fuq il-website tal-Arċidjoċesi ta’ Malta www.knisja.mt fl-10:30am u fuq TVM2 fis-6:30pm. L-Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra l-Quddiesa mill-knisja tal-Patrijiet Franġiskani, li hi dedikata lil San Franġisk, fil-Ħamrun. Il-knisja hi ċentru ta’ devozzjoni lill-Madonna tas-Sokkors.

Fil-preżent, Quddies qed jixxandar kuljum (mit-Tnejn sal-Ħadd) fid-9:30am fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mtKompli aqra »