L-Aħbarijiet

Live: Polza ta’ parteċipazzjoni għal Primarja 1 bniet – Dħul 2020, 2 t’April 9:30am

Il-Ħamis 2 ta’ April 2020, tista’ ssegwi live t-tlugħ tal-polza ta’ parteċipazzjoni għall-Primarja 1 tal-bniet fl-iskejjel tal-Knisja. Il-polza tibda fid-9:30am.

Il-filmati tal-poloz jibqgħu aċċessibbli online anki wara li tispiċċa x-xandira tagħhom. Ir-riżultati tal-poloz jittellgħu online l-għada ta’ kull polza, fuq il‑paġna tal‑Iskejjel tal‑Knisja.

Għal iktar tagħrif il-pubbliku jista’ jibgħat email fuq [email protected] jew iċempel fuq 7999 0224… Kompli aqra »

Live: Polza ta’ parteċipazzjoni għall-Form 1 bniet u subien – Dħul 2020, 1 t’April, 9:30am

Għada l-Erbgħa 1 ta’ April 2020, tista’ ssegwi live t-tlugħ tal-polza ta’ parteċipazzjoni għall-Form 1 tal-bniet u s-subien fl-iskejjel tal-Knisja. Il-polza tal-bniet tibda fid-9:30am u tas-subien issir eżatt warajha fl-10:30am, jew xħin tispiċċa l-polza tal-bniet jekk din tkun għadha ma spiċċatx sa dak il-ħin.

Il-filmati tal-poloz jibqgħu aċċessibbli online anki wara li tispiċċa x-xandira tagħhom. Ir-riżultati tal-poloz jittellgħu online l-għada ta’ kull polza, fuq il‑paġna tal‑Iskejjel tal‑KnisjaKompli aqra »

Dati ġodda għall-poloz għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja

Il-poloz kollha se jixxandru live

L-Uffiċċju għad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja qed iħabbar dati ġodda għall-poloz tad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja. Dawn se jiġu mxandra live fuq www.knisja.mt minn ġo studio mingħajr il-preżenza tal-ġenituri u bl-inqas nies possibbli, minħabba r‑restrizzjonijiet kontra t‑tixrid tal‑coronavirus. Matul it-tlugħ tal-poloz ser ikun preżenti nutar.

L-ewwel poloz li se jsiru huma dawk ta’ parteċipazzjoni, tal-bniet u s-subien, għad-dħul fl-ewwel sena sekondarja. Dawn se jsiru nhar l-Erbgħa, 1 ta’ April 2020… Kompli aqra »

ŻAK House ssir dar għal sitt ħaddiema tal-isptar

  ŻAK House, Birkirkara

L-Azzjoni Kattolika Maltija (AKM) laqgħet fiż-ŻAK House f’Birkirkara (post attrezzat għall-gruppi ta’ żgħażagħ biex jorganizzaw live-ins u skambji), sitt ħaddiema tal-isptar, mingħajr ħlas, sabiex ikunu jistgħu jipproteġu l-familji u qraba tagħhom li jgħixu fi djarhom matul din is-sitwazzjoni diffiċli.

Għal żewġ radjografi, żewġ fiżjoterapisti, infermiera u tabib, bħalissa ż-ŻAK House saret ir-residenza permanenti tagħhom. Ma kinitx deċiżjoni faċli għalihom li jitilqu u jħallu lill-familji tagħhom warajhom, b’xi wħud anke jħallu tfal żgħar warajhom mingħajr ma jafu meta ser jerġgħu jgħannquhom.  Iżda ma kellhomx għażla oħra… Kompli aqra »

Kriterji għad-dħul fis-Sixth Forms tal-Knisja

Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija jixtieq jinforma lill-pubbliku, li fiċ-ċirkustanzi preżenti li huma bla preċedent, is-Sixth Forms tal-Kulleġġ De La Salle u tal-Kulleġġ San Alwiġi ser ikomplu d-diskussjonijiet li għaddejjin mal-awtoritajiet tal-Edukazzjoni u l-bord tal-Matsec.

Ladarba dawn id-diskussjonijiet jiġu konklużi, ir-reviżjoni tal-kriterji għad-dħul fiż-żewġ kulleġġi għas-sena sena akkademika li tibda f’Settembru 2020, tiġi determinta u ppublikata mill-Kulleġġi rispettivament.

Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub jagħti ż-żmien meħtieġ biex dawn l-istituzzjonijiet edukattivi jirrispondu għas-sitwazzjoni preżenti b’mod validu u ġust fl-aħjar interess ta’ kulħadd… Kompli aqra »

Rajt raġel

Poeżija miktuba minn Giuseppe Messe, maqluba għall-Malti minn Evarist Bartolo

Rajt raġel
liebes l-abjad
u għajjien
taħt ix-xita qawwija
u r-riħ kiesaħ
tiela’ bil-mod
lejn l-artal
mimli wġigħ
mimli tbatija
imma anki tama.  

Rajt raġel
xiħ
izappap
tela’ ħafna taraġ
u fuq spallejh
l-uġigħ kollu tad-dinja.  

Rajt raġel
miġbur
fis-skiet tiegħu
imqanqal
fit-talb tiegħu
jitlob il-maħfra
tad-dnubiet kollha
tal-bnedmin
u s-salvazzjoni tagħhom.   … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: appell biex jitwaqqfu l-gwerer madwar id-dinja minħabba l-pandemija tal-Covid

Pope Francis joins the UN Secretary General, Antonio Guterres in calling for a global ceasefire as the world faces the onslaught of the Covid-19 pandemic.

In words following the recitation of the Marian Prayer on Sunday,  Pope Francis highlighted an appeal launched by the Secretary General of the United Nations, Antonio Guterres this week calling for an ‘immediate global ceasefire in all corners of the world’, amidst the current Covid-19 pandemic… Kompli aqra »

It-talb u l-qadi fis-skiet: dawn huma l-armi rebbieħa tagħna

Mument stroardinarju ta’ talb mill-Papa Franġisku

  Il-Bażilika ta’ San Pietru, il-Vatikan

Illejla, 27 ta’ Marzu fis-6pm, quddiem il-Bażilika ta’ San Pietru, il-Papa Franġisku ppresieda mument straordinarju ta’ talb f’dan iż-żmien tal-pandemija flimkien mal-Adorazzjoni tas-Santissmu Sagrament, li beda bis-smigħ tal-Kelma ta’ Alla. Qrib il-kanċell ewlieni tal-Bażilika tal-Vatikan kien hemm ix-xbieha tas-Salus Populi Romani u l-Kurċifiss ta’ San Marcello.

Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni, il-Papa ta l-Barka ‘Urbi et Orbi’, bil-possibbiltà li wieħed jirċievi l-indulġenza plenarja.

L-omelija tal-Papa Franġisku

“Xħin sar filgħaxija” (Mk 4:35)… Kompli aqra »

Live: Mument straordinarju ta’ talb mal-Papa Frangisku, illejla fis-6pm

  Il-Vatikan

Il‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku, illejla, fis‑6pm, ser imexxi mument straordinarju ta’ talb mill‑Belt tal‑Vatikan. Minn Pjazza San Pietru, mingħajr nies preżenti fil pjazza, ser tiġi pproklamata l‑Kelma ta’ Alla, isir mument ta’ adorazzjoni tas‑Sagrament Imqaddes, u wara l‑Papa ser jagħti l‑Barka Urbi et Orbi (lill‑Belt u lid‑Dinja) bil‑possibbiltà li wieħed jirċievi l‑indulġenza plenarja.

F’dan iż‑żmien diffiċli, fejn fid‑dinja għaddejja l‑pandemija tal‑coronavirus, il‑Papa Franġisku qed jistieden lill‑Insara kollha jingħaqdu miegħu fit‑talb permezz tal‑mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali… Kompli aqra »

Il-pandemija tal-coronavirus: sejħa għal solidarjetà ma’ dawk li huma l-aktar vulnerabbli

Stqarrija minn bosta entitajiet tal-Knisja

F’dan iż‑żmien ta’ kriżi, imqabbel minn ħafna ma’ żmien ta’ gwerra, żmien fejn il‑pajjiż qed iwaqqaf kull tip ta’ operat sabiex jipprepara għall‑ġranet li ġejjijn, insejħu lill‑awtoritajiet sabiex jieħdu aktar miżuri konkreti ħalli jassiguraw li dawk in‑nies li qed jgħixu fil‑faqar ma jispiċċawx mingħajr il‑ħtiġijiet bażiċi għal ħajja dinjituża.

Ninsabu ferm imħassba dwar l‑impatt li l‑imxija tal‑coronavirus ser tħalli fuq dawk li huma l‑aktar vulnerabbli fis‑soċjetà tagħna.  Minkejja li l‑mard ma jiddiskriminax bejn in‑nies fuq bażi finanzjarja, soċjali, ta’ saħħa jew status ta’ immigrazzjoni, m’hemm l‑ebda dubju li l‑effetti ekonomiċi ta’ din l‑epidemija ser jagħmlu dan, u l‑iktar affettwati ser ikunu l‑foqra u dawk l‑aktar emarġinati… Kompli aqra »