L-Aħbarijiet

Dikjarazzjoni fil-75 anniversarju tal-liberazzjoni tal-kamp ta’ konċentrament Ġermaniż Nazista Auschwitz-Birkenau

Dikjarazzjoni Konġunta mill-Presidenza tal-Kunsill tal-Konferenzi tal-Isqfijiet Ewropej (CCEE) u l-President tal-Kummissjoni tal-Konferenzi tal-Isqfijiet tal-Unjoni Ewropea (COMECE)

  Ġinevra, Brussell, Londra, Varsavja

75 years have already passed since the liberation of the German concentration camp Auschwitz-Birkenau (27/01/1945), and this place still inspires terror.

1. It was the largest Nazi concentration camp, opened in 1940 in the occupied Polish territories. Initially intended for Poles (Auschwitz), it was significantly expanded in the area of the neighboring Brzezinka (Auschwitz-Birkenau) and in the years between 1942-1945 – as part of “the Final Solution” (Endlösung) – it became a place of mass extermination of the Jewish people… Kompli aqra »

L-Ittra Appostolika tal-Papa Franġisku li tat bidu għall-Ħadd tal-Kelma ta’ Alla

#kt-adv-heading_df4b73-60, #kt-adv-heading_df4b73-60 .wp-block-kadence-advancedheading {font-size:15px;} L-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Arċidjoċesi ta’ Malta qiegħed jippublika l-Ittra Appostolika fil-forma ta’ Motu Proprio ‘Aperuit Illis’ mill-Papa Franġisku, li permezz tagħha twaqqaf Il-Ħadd tal-Kelma ta’ Alla li qed tiġi ċċelebrata llum. Din l-ittra appostolika ġiet ippublikata fit-30 ta’ Settembru 2019. L-Ittra Appostplika mill-Papa Franġisku

1. “Fetħilhom moħħhom biex jifhmu l-Iskrittura” (Lq 24:45). Dan hu wieħed mill-aħħar ġesti li għamel Kristu Rxoxt, qabel it-Tlugħ tiegħu fis-Sema… Kompli aqra »

Naħdmu flimkien għall-ġid komuni b’mod speċjali favur min għandu l-iżjed bżonn – L-Arċisqof fil-ftuħ tad-Dar Alberto Marvelli

Ir-residenza Alberto Marvelli se tilqa' żgħażagħ bla dar

  Dar Alberto Marvelli, Raħal Ġdid

Ir-residenza Alberto Marvelli hi dar biex żgħażagħ bla dar ikunu jistgħu jgħixu fil-komunità b’mod indipendenti filwaqt li jingħataw l-appoġġ meħtieġ. Din id-dar, li tinsab Raħal Ġdid, ġiet inawgurata u mbierka mill-Arċisqof Charles J. Scicluna, fil-preżenza tal-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon, nhar is-Sibt 25 ta’ Jannar 2020.

Żgħażagħ bla dar se jkunu jistgħu joqogħdu temporanjament f’din id-dar waqt li jingħataw l-għajnuna biex isiru totalment indipendenti… Kompli aqra »

Filmat: It-tnedija tal-verżjoni bil-Malti tal-Eżortazzjoni Appostolika ‘Verbum Domini’

L-Arċisqof jippreżenta l-Eżortazzjoni Appostolika bi tħejjija għall-Ħadd tal-Kelma ta' Alla

  Iċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni (ĊAK), Birkirkara

L‑Arċisqof Charles J. Scicluna nieda t-traduzzjoni bil-Malti ta’ Verbum Domini (Il‑Kelma tal‑Mulej), li hi l‑Eżortazzjoni Appostolika tal‑Papa Benedittu XVI tal-2010, nhar l‑Erbgħa, 22 ta’ Jannar 2020, fiċ‑Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni (ĊAK), Birkirkara.

It-tnedija ta’ din il-publikazzjoni saret fl-okkażjoni tal-Ħadd tal-Kelma ta’ Alla, li waqqaf il-Papa Franġisku u li ser tiġi ċċelebrata għall-ewwel darba nhar il-Ħadd li ġej, fit‑tielet Ħadd taż‑Żmien ta’ Matul is‑Sena… Kompli aqra »

Il-ħajja ssir storja – Il-Papa Franġisku għall-54 Jum Dinji tal-Komunikazzjoni

Publikat f'jum il-Festa ta' San Franġisk ta' Sales, qaddis patrun tal-kittieba u l-ġurnalisti

Il-Messaġġ tal-Papa Franġisku

“Biex ixxandar u ssamma’ f’widnejn ibnek u wlied ibnek” (Eż 10:2).

Nixtieq niddedika l-Messaġġ ta’ din is-sena lit-tema tan-narrazzjoni, ir-rakkont, għax nemmen li biex ma nintilfux għandna bżonn in-nifs tal-verità tal-istejjer tajbin: stejjer li jibnuna, u mhux li jeqirdu; stejjer li jgħinuna nerġgħu nsibu l-għeruq tagħna u l-qawwa biex nimxu flimkien ’il quddiem. Fil-konfużjoni tal-ilħna u tal-messaġġi li għandna madwarna, għandna bżonn ta’ narrazzjoni umana, li tkellimna dwarna nfusna u dwar is-sabiħ li hemm ġo fina… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jappella lill-Insara biex ikunu akkoljenti bħall-Maltin

Il-katekeżi tal-Papa waqt l-udjenza ġenerali fil-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara

Il-Katekeżi tal-Papa

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-katekeżi tal-lum hija intonata mal-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda bejn l-Insara. It-tema ta’ din is-sena, li hi dik tal-ospitalità, ġie żviluppata mill-komunitajiet ta’ Malta u Għawdex, fuq is-silta tal-Atti tal-Appostli li tirrakkonta l-ospitalità li n-nies ta’ Malta wrew ma’ San Pawl u sħabu tal-vjaġġ, li spiċċaw nawfragati flimkien miegħu. Proprju għal dan l-episjodu rriferejt xahrejn ilu.

Ejjew mela nerġgħu lura għall-esperjenza drammatika ta’ dak in-nawfraġju… Kompli aqra »

Il-Ħadd tal-Kelma ta’ Alla: nagħmlu l-Iskrittura parti mill-ħajja tagħna ta’ kuljum

A press conference in the Vatican details the many aspects of the newly established ‘Sunday of the Word of God’ to be marked on 26 January. Pope Francis will celebrated Holy Mass in St. Peter’s Basilica for the occasion.

Pope Francis is inviting Catholics across the world to deepen their appreciation, love and faithful witness to God and his Word.

That’s why, as established by a papal decree – the third Sunday in Ordinary Time, January 26 this year, is to be observed as a special day devoted to “the celebration, study and dissemination of the Word of God”… Kompli aqra »

L-Isqof Awżiljarju jiltaqa’ mal-istudenti tas-Seminarju li rċevew il-Griżma tal-Isqof

  Is-Seminarju, tal-Virtù

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi ċċelebra Quddiesa għall-istudenti tas-Seminarju li rċevew il-Griżma tal-Isqof matul l-2019. Għall-quddiesa li saret is-Sibt 11 ta’ Jannar 2020, kienu mistiedna wkoll il-ġenituri u l-parrini ta’ dawn l-adolexxenti.

L-Isqof Galea-Curmi ħeġġeġ lill-istudenti biex ikomplu jieħdu ħsieb il-formazzjoni tagħhom billi jattendu fi gruppi li għandhom l-għan li jedukaw fil-fidi. Ħeġġiġhom jibnu relazzjoni ma’ Ġesù permezz tat-talb u jitolbuh sabiex jurihom xi jrid minnhom fil-ħajja tagħhom… Kompli aqra »

Titnieda t-traduzzjoni bil-Malti tal-Eżortazzjoni Appostolika postsinodali ‘Verbum Domini’

Jippreżentaha l-Arċisqof Charles J. Scicluna

  Iċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni (ĊAK) f’Birkirkara

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta ser tniedi l‑pubblikazzjoni bil‑Malti ta’ Verbum Domini (Il‑Kelma tal‑Mulej), li hi l‑Eżortazzjoni Appostolika tal‑Papa Benedittu XVI tat‑30 ta’ Settembru 2010.

Il‑preżentazzjoni li hija miftuħa għall‑pubbliku ser issir nhar l‑Erbgħa, 22 ta’ Jannar 2020, fil‑5:30pm, fiċ‑Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni (ĊAK), Birkirkara. Il‑pubblikazzjoni ser tiġi ppreżentata mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna.

Din l‑Eżortazzjoni Appostolika hi frott tal‑Assemblea Ġenerali Ordinarja tas‑Sinodu tal‑Isqfijiet li saret f’Ruma bejn il‑5 u s‑26 ta’ Ottubru 2008… Kompli aqra »