L-Aħbarijiet

Seminar fuq il-prevenzjoni tas-suwiċidju u s-saħħa mentali

Se jkun qed jiġi organizzat seminar għall-pubbliku ffukat fuq il-prevenzjoni tas-suwiċidju u s-saħħa mentali. Is-seminar, immexxi minn DRACHMA, se jsir nhar it-Tnejn, 4 ta’ Diċembru, fis-7pm, f’Mount St Joseph, Tarġa Gap, il-Mosta.

Is-seminar qed jiġi organizzat peress li Drachma LGBT u Drachma Parents huma mħassba dwar iż-żieda fin-numru ta’ suwiċidji li qed isiru fil-gżejjer Maltin. Huma jinsabu konxji wkoll żmien il-Milied jista’ jkun żmien diffiċli għal dawk li għaddejjin minn sfidi mas-saħħa mentali… Kompli aqra »

Live: Quddiesa mill-Arċisqof waqt l-Assemblea Plenarja tas-CCEE – 29 ta’ Novembru 2023, 6pm

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-Arċisqof Charles Scicluna jiċċelebra l-quddiesa fl‑Assemblea Plenarja 2023 tal‑Kunsill tal‑Konferenzi tal‑Isqfijiet Ewropej fil‑Katidral ta’ San Pawl fl‑Imdina nhar l-Erbgħa 29 ta’ Novembru, fis-6pm.

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija… Kompli aqra »

Live: Quddiesa mill-Kardinal Robert Francis Prevost waqt l-Assemblea Plenarja tas-CCEE – 28 ta’ Novembru 2023, 6:30pm

  Il-Bażilika Minuri ta' Santa Marija, il-Mosta

Il-Kardinal Robert Francis Prevost OSA, Prefett tad-Dekasteru tal-isqfijiet jiċċelebra l-quddiesa bil-vespri waqt l-Assemblea Plenarja 2023 tal‑Kunsill tal‑Konferenzi tal‑Isqfijiet Ewropej, fil-Bażilka Minuri ta’ Santa Marija fil-Mosta, nhar it-Tlieta 28 ta’ Novembru,  fis-6:30pm.

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd… Kompli aqra »

Live: Quddiesa mill-Kardinal Mario Grech waqt l-Assemblea Plenarja tas-CCEE – 27 ta’ Novembru 2023, 6:30pm

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

Il-Kardinal Mario Grech, is-Sgretarju Ġenerali tas-Sinodu, jiċċelebra l-quddiesa bil-vespri waqt l-Assemblea Plenarja 2023 tal‑Kunsill tal‑Konferenzi tal‑Isqfijiet Ewropej, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, nhar it-Tnejn 27 ta’ Novembru, fis-6:30pm.

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd… Kompli aqra »

Live: Ċelebrazzjoni Djoċesana ta’ Kristu Re – 26 ta’ Novembru 2023, 5pm

  Il-Bażilka Minuri ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Knisja mibgħuta biex tilħaq lin-nies

Jitnieda l-proċess ‘Knisja li Toħroġ’ fl-Assemblea Djoċesana 2023

  Iċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni, Birkirkara

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta nediet ir‑raba’ sena tal‑proċess ekkleżjali ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed: Knisja li Toħroġ’. Dan sar waqt l‑Assemblea Djoċesana annwali li ġiet fi tmiemha l‑Ġimgħa 24 ta’ Novembru 2023. Matul l‑Assemblea, iI‑grupp ta’ ħidma ta’ Knisja li Takkumpanja ta rendikont dwar xogħlu fejn ħass li jeħtieġ ikun hemm iktar għarfien fost l‑entitajiet tal‑Knisja stess kif ukoll li jissaħħaħ ix‑xogħol ta’ akkumpanjament li diġà jsir minnhom permezz ta’ formazzjoni… Kompli aqra »

Isqfijiet Ewropej se jiltaqgħu f’Malta biex jiddiskutu l-fidi Nisranija fl-Ewropa

Malta tospita l-Assemblea Plenarja tas-CCEE 2023

L-Isqfijiet Ewropej waqt l-Assemblea Kontinentali tas-Sinodu li saret fi Frar 2023

Madwar 40 isqof mill‑Ewropa se jattendu għall‑Assemblea Plenarja tal‑Kunsill tal‑Konferenzi tal‑Isqfijiet Ewropej (CCEE) li għall‑ewwel darba se ssir f’Malta, organizzata mill‑Konferenza Episkopali Maltija. Waqt din l‑assemblea, li kull sena ssir f’wieħed mill‑pajjiżi membri tal‑Kunsill, l‑isqfijiet se jiddiskutu t‑tema ‘Passi Ġodda għal Knisja Sinodali fl‑Ewropa’. Dan wara s‑Sinodu ppresjedut mill‑Papa Franġisku, li l‑ewwel parti tiegħu ntemmet ix‑xahar li għadda… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet djoċesani fil-festa ta’ Kristu Re

Nhar il‑Ħadd li ġej il‑Knisja f’Malta se tiċċelebra l‑festa ta’ Kristu Re. B’rabta ma’ din il‑festa hekk importanti għall‑Knisja Kattolika, fil‑jiem li ġejjin il‑Knisja f’Malta se tiċċelebra tliet ċelebrazzjonijiet djoċesani importanti. Din is‑sena l‑Assemblea Djoċesana se terġa’ ssir fuq jumejn waqt li il‑Jum Dinji taż‑Żgħażagħ se jiġi ċelebrat permezz tal-attività Encounter.

L‑Assemblea Djoċesana

Għada l‑Ħamis 23 ta’ Novembru u l‑Ġimgħa 24 ta’ Novembru, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta ser tlaqqa’ l‑Assemblea Djoċesana li se tkun ippreseduta mill‑Arċisqof Charles Scicluna… Kompli aqra »

1,790 post vakanti għall-istudenti fl-iskejjel tal-Knisja

Ir‑regolamenti għad‑Dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja f’Malta u f’Għawdex għas‑sena skolastika 2024‑2025 jinsabu fuq il‑websajt tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta knisja.mt.

B’kollox hemm 1,790 post vakanti għall‑istudenti (1,538 f’Malta u 252 f’Għawdex). L‑applikazzjonijiet se jsiru kollha online. L‑applikazzjonijiet tal-‘Ewwel Kriterju’ għal Malta u Għawdex se jintlaqgħu bejn il‑21 u t-30 ta’ Novembru 2023.  L-‘Applikazzjoni Tard’ se jintlaqgħu bejn is-7 u l-14 ta’ Diċembru. L‑applikazzjonijiet ta’ ‘Applikanti l‑Oħra’ jintlaqgħu bejn l‑1 u l‑14 ta’ Frar 2024… Kompli aqra »

Caritas tipproponi strateġiji biex jinqered il-faqar

Caritas Malta bħala organizzazzjoni globali bil-għan li teqred il-faqar, qed tipproponi li titrawwem aktar empatija bil-volontarjat u tkun miġġielda l-istigma tas-saħħa mentali. L-organizzazzjoni qed tissuġġerixxi wkoll li ssir reviżjoni tal-mudell ekonomiku biex jiġi pprijoritizzat l-individwu u tinxteħet aktar attenzjoni fuq l-irwol tal-ambjent fil-proċess tal-qerda tal-faqar.

Fi stqarrija fil-Jum Internazzjonali għall-Faqar, imfakkar mill-Knisja Kattolika fid-19 ta’ Novembru, Caritas qalet li d-definizzjoni tal-faqar, bħalma ntqal mill-Papa Ġwanni XXII, tinkludi d-dritt għall-ħajja, l-integrità tal-ġisem, u l-ħtiġijiet essenzjali għal żvilupp xieraq, inkluż ikel, kenn, u kura medika… Kompli aqra »