L-Aħbarijiet

Inawgurat ir-restawr tal-faċċata tal-Knisja Parrokkjali tal-Qrendi

Tlesta l‑proġett ta’ restawr fuq il‑faċċata, u fuq il‑ġenb tal‑kampnar tax‑xellug tal‑knisja parrokkjali tal‑Qrendi, proġett li sar b’investiment ta’ €84,000 li 80% minnhom kienu kofinanzjati minn fondi tal‑Unjoni Ewropea. Il‑proġett ġie inawgurat mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej Chris Bonett u mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi. Preżenti għall‑inawgurazzjoni kien hemm ukoll is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross, l‑Amministratur Parrokkjali Dun Mario Said.

Permezz ta’ dan ix‑xogħol ta’ restawr, li għalih ikkontribwixxew ukoll il‑parruċċani tal‑Qrendi, tnaddfet il‑ġebla tal‑faċċata u tal‑kampnar, u xi wħud mill‑ġebel kellu jinbidel minħabba deterjorazzjoni tal‑ġebla kawża tal‑espożizzjoni għall‑elementi naturali u t‑tniġġis tal‑arja. 

Waqt l‑inawgurazzjoni ta’ dan il‑proġett, l‑Isqof Joseph Galea‑Curmi rringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom f’din il‑ħidma flimkien ta’ restawr tal‑knisja tal‑Qrendi… Kompli aqra »

L-Isqfijiet Maltin jifirħu lill-Vigarju Appostoliku ta’ Bengażi

Patri Sandro Overend Rigillo OFM

L‑Arċisqof Charles Scicluna, l‑Isqof Anton Teuma u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi jifirħu lil Patri Sandro Overend Rigillo OFM għall‑ħatra mill‑Papa Franġisku bħala Vigarju Appostoliku ta’ Bengażi fil-Libja.

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta u d‑Djoċesi ta’ Għawdex jingħaqdu fit‑talb għall‑Isqof‑elett biex il‑Mulej jagħtih l‑għajnuna f’din il‑missjoni afdata lilu. Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-Parroċċa ta’ Ħal Għaxaq

L-Arċisqof Charles Scicluna ħatar lil Dun Anton D’Amato bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, Ħal Għaxaq.

Dun Anton D’Amato twieled fis‑27 ta’ Ottubru 1984 u trabba ż‑Żurrieq. Huwa ggradwa fl‑2009 mill‑Fakultà tal‑Liġi fl‑Università ta’ Malta. Sentejn wara beda l‑formazzjoni u l‑istudji tiegħu għall‑ħajja saċerdotali fis‑Seminarju tal‑Arċisqof u ggradwa mill‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑2019. Ġie ordnat saċerdot f’April 2018 u beda l‑ħidma pastorali tiegħu fil‑Parroċċa tal‑Imqabba u fl‑2019 bħala chaplain fil‑Junior College… Kompli aqra »

Il-Parroċċa ta’ Marija Reġina l-Marsa se tgħaddi f’idejn l-Arċidjoċesi ta’ Malta

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta u l‑Provinċja Maltija tal‑Ordni Franġiskan tal-Aħwa Minuri Kapuċċini għaddejjin bil‑proċess li bih il‑Provinċja se tgħaddi l-parroċċa ta’ Marija Reġina fil‑Marsa lill‑Arċidjoċesi ta’ Malta biex minnha jitkompla jiġi offrut is‑servizz pastorali lill‑poplu ta’ din il‑parroċċa. Mill‑Ġimgħa, 1 ta’ Settembru 2023, il‑kura pastorali tal‑poplu t’Alla miġbur f’din il-parroċċa fil‑Marsa se taqa’ taħt ir‑responsabbiltà diretta tal‑kleru djoċesan. Monsinjur Arċisqof irringrazzja lill‑Patrijiet Kapuċċini għal tant snin ta’ ħidma pastorali f’din il‑parroċċa… Kompli aqra »

Jitnieda proġett ta’ restawr fil-Knisja tal-Ġiżwiti fil-Belt Valletta

Ġie ffirmat memorandum ta’ ftehim li se jkun qed iniedi kollaborazzjoni bejn il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann u l-Fondazzjoni tal-Knisja tal-Ġiżwiti, u b’hekk juri koperazzjoni strutturali bejn iż-żewġ entitajiet.

Fost għanijiet oħra, il-Fondazzjoni se toffri s-servizzi tagħha ta’ restawr u konservazzjoni fuq tliet pitturi fil-kappella ta’ Santa Luċija u Sant’ Agata u l-pittura ta’ Mattia Preti li turi l-Madonna mal-Qaddisin Karlu Borromeo u Franġisku de Sales fil-knisja tal-Ġiżwitiimħallsa kollha mill-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann… Kompli aqra »

Missio Malta tlaqqa’ missjunarji f’Malta

Missio Malta laqqgħet saċerdoti, sorjiet u persuni reliġjużi li bħalissa qed iwettqu xogħol missjunarju f’Malta, x-xahar li għadda. L-attività, li sseħħ darbtejn fis-sena ġabret 32 missjunarju minn disa’ pajjiżi minn madwar id-dinja. 

“Dawn il-laqgħat huma importanti ħafna għalina, hekk kif jagħtuna l-opportunità li niltaqgħu mal-individwi ġenerużi li jiddeċiedu li jiddedikaw ħajjithom biex jgħinu lill-oħrajn. F’Malta għandna numru sabiħ ta’ reliġjużi li jaħdmu f’oqsma differenti fil-komunità, u xogħolna bħala Missio Malta huwa li huma jħossuhom milqugħin fostna,” qal Rev… Kompli aqra »

Ippreżentat l-istudju ‘Minimum Essential Budget for a Decent Living’ minn Caritas Malta

Koppja ta’ żewġ ġenituri b’żewġt itfal trid iktar minn €700 fix-xahar biex tixtri l-ikel u l-prodotti essenzjali.

Dan ħareġ minn studju tal-Caritas u disa’ studenti universitarji li eżaminaw il-prezzijiet tal-ikel u prodotti oħra minn bosta stabbilimenti.

Il-metodoloġija ta’ dan l-istudju kienet permezz ta’ xirjiet minn żewġ supermarkets fiċ-ċentru u fin-Nofsinhar ta’ Malta, supermarket f’Għawdex, żewġ ħwienet tal-merċa fit-Tramuntana ta’ Malta, tliet vannijiet li jbiegħu l-ikel fin-Nofsinhar, fiċ-ċentru u f’Għawdex, ħanut tal-merċa li jbigħ il-ħaxix u l-frott fit-Tramuntana ta’ Malta u s-suq tal-bdiewa f’Ta’ Qali… Kompli aqra »

COMECE b’għajta globali għal liġijiet Ewropej robusti fejn tidħol id-diliġenza

The Commission of the Bishops’ Conferences of the European Union (COMECE) supports the statement endorsed by more than 160 faith leaders worldwide, urging the EU institutions to adopt a robust legal framework to hold companies accountable for environmental damage and human rights abuses.

In the context of the ongoing interinstitutional negations on the future EU Corporate Sustainability Due Diligence Directive, faith leaders plead for the EU law to be aligned with international standards and to cover a wide range of human rights and environmental harmful impacts throughout a company’s whole value chain… Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur il-pazjenti Maltin f’Londra

L‑Arċisqof Charles Scicluna temm żjara pastorali ta’ jumejn f’Londra, fejn iltaqa’ mal‑pazjenti Maltin u qrabathom li bħalissa qed jingħataw kura fl‑Ingilterra.

Matul din iż‑żjara, l‑Arċisqof iltaqa’ ma’ wħud mill‑Maltin residenti f’Puttinu House f’Sutton. Hemmhekk iċċelebra quddiesa u ħeġġeġ lill‑pazjenti sabiex ma jiqfux ifittxu lil Ġesù għaliex hu biss jista’ jfejjaq mill‑qtigħ il‑qalb u l‑biża’ li xi drabi jaħkmu lill‑bniedem. 

L-Arċisqof Scicluna żar il-Maltin li jinsabu rikoverati fl-isptar Royal Marsden u qatta’ wkoll ftit ħin mat-tfal li qed jingħataw kura fl-Isptar Great Ormond Street, fejn għammed ukoll żewġ trabi: Maltija li twieldet ftit jiem ilu f’Londra u tarbija Indjana ta’ madwar tliet xhur… Kompli aqra »

Missio Malta tattendi l-Assemblea Ġenerali tas-Soċjetajiet Missjunarji Pontifiċji f’Ruma

Id-Direttur ta’ Missio Malta, Rev. Victor Agius, attenda l-Assemblea Ġenerali Annwali tas-Soċjetajiet Missjunarji Pontifiċji f’Ruma ix-xahar li għadda. Għal-laqgħa annwali jattendu 120 direttur nazzjonali mill-missjonijiet minn madwar id-dinja, sabiex jiddiskutu suġġetti varji, inkluża strateġija relatata mal-operat tal-organizzazzjoni dinjija.

Din is-sena, it-tema magħżula kienet iċċentrata fuq l-importanza tal-evanġelizzazzjoni bħala parti mill-ħajja tan-Nisrani. “Hija r-responsabbilità ta’ kull Nisrani mgħammed, li jgħix u jippriedka l-Vanġelu permezz tal-għemil kuljum,” qal Rev… Kompli aqra »