L-Aħbarijiet

€366,817 jinġabru waqt il-BOV Volleyball Marathon b’risq id-Dar tal-Providenza

It‑tlieta u ħamsin siegħa tal‑Maratona tal‑Volleyball intlaħqu f’nofsillejl tal‑Ħadd imma mhux qabel ma nġabret is‑somma ta’ €366,817.

40 plejer, li ffurmaw ħames timijiet, baqgħu jilagħbu mingħajr waqfien mis‑sitta ta’ filgħaxija tal‑Ġimgħa meta l‑Ministru għall‑Inklużjoni, Volontarjat u Drittijiet tal‑Konsumatur, Julia Portelli saffret biex jingħata bidu għall‑Maratona.

Fr Martin Micallef, Direttur tad‑Dar tal‑Providenza, irringrazzja lill‑poplu Malti u Għawdxi, li għal darboħra wieġeb b’tant ġenerożità għas‑sejħa li saret biex jinġabru l‑fondi għad‑Dar, permezz tal‑Maratona tal‑Volleyball. Irringrazzja wkoll lill‑plejers, lill‑volontiera, lill‑membri tal‑kumitat organizzattiv, l‑isponsors kollha, l‑istazzjonijet ewlenin tat‑televixin li xandru din il‑maratona, kantanti u bands,  lill‑pulizija u lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor għenu biex din il‑Maratona tkun ta’ suċċess. 

Waqt l-istess attività, grupp ta’ atleti Sloveni, uħud minnhom persuni b’diżabilità, ħadu sehem fil‑logħob tas-sitting volleyball li saru għall‑ewwel darba fid‑Dar tas‑Siġġiewi… Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur St Michael Hospice

Proprjetà tal-Knisja se tgħin pazjenti li għandhom bżonn kura paljattiva

L‑Arċisqof Charles Scicluna dalgħodu żar il‑bini ta’ St Michael Hospice f’Santa Venera li wasal fl‑aħħar stadji ta’ tlestija tiegħu u mistenni jilqa’ l‑ewwel pazjenti lejn l‑aħħar tas‑sena. Il‑bini, li qabel kien magħruf bħala l‑Istitut Adelaide Cini u jkopri madwar 15‑elf metru kwadru ta’ art, ingħata mill‑Knisja lil Hospice Malta fl‑2018. Dan sabiex ikun l‑ewwel kumpless f’Malta li jipprovdi kura paljattiva ħolistika u jirrispetta d‑dritt tal‑ħajja u d‑dinjità tal‑bniedem… Kompli aqra »

The Soup Kitchen OFM Valletta tirbaħ il-Premju taċ-Ċittadin Ewropew tal-2023

The Soup Kitchen OFM Valletta hija r-rebbieħa tal-Premju taċ-Ċittadin Ewropew tal-2023, wara li ġiet innominata mill-Membru Parlamentari Ewropew David Casa.

Din is-soup kitchen kienet bdiet topera wara li l-komunità Franġiskana rrestawrat refettorju antik fil-Kunvent tal-Franġiskani fi Triq Sant’Ursula fil-Belt Valletta. Hawn wieħed anke jistà anke jinħasel u jaħsel ħwejġu.

30,450 persuna u 220 tifel u tifla kielu 91,350 ikla ta’ nofsinhar li s-Soup Kitchen tal-Belt Valletta ippreparat matul l-2022, bil-maġġoranza assoluta (86%) kienu Maltin… Kompli aqra »

Laqgħa dwar is-sinodu mill-Kardinal Mario Grech

Nhar is-Sibt 8 ta’ Lulju se ssir laqgħa dwar is-Sinodu tas-Sinodalità mmexxija mill-Kardinal Mario Grech, Segretarju Ġenerali tas-Sinodu. Il-laqgħa, bit-tema ‘Il-Proċess Sinodali hu twettiq tal-Konċilju Vatikan II’, qed issir peress li tnieda d-dokument Instrumentum Laboris tas-Sinodu fl-20 ta’ Ġunju.

Fil-laqgħa se jkun hemm aġġornament tal-aħħar żviluppi fil-Mixja Sinodali, u kif din qed tkompli fuq dak li beda l-Konċilju Vatikan II, li fetaħ 60 sena ilu… Kompli aqra »

Waslet il-BOV Volleyball Marathon b’risq id-Dar tal-Providenza

Il‑BOV Volleyball Marathon b’risq id‑Dar tal‑Providenza reġgħet magħna bi 53 siegħa logħob bla waqfien fil‑parkeġġ tad‑Dar fis‑Siġġiewi. It‑13‑il edizzjoni tal‑Maratona tibda illum, il‑Ġimgħa 30 ta’ Ġunju fis‑6.00pm u tibqa’ sejra sa nofsillejl tal‑Ħadd 2 ta’ Lulju.

Attrazzjoni ġdida din is‑sena hija l‑logħob tas‑sitting volleyball, li huwa adattament tad‑dixxiplina tal‑volleyball li fih jistgħu jieħdu sehem ukoll persuni b’diżabilità. Din qed tiġi organizzata minn ParaVolley Malta flimkien mal-Birkirkara Volleyball Club u d-Dar tal-Providensa… Kompli aqra »

Inawgurata Casa Fratelli Tutti

Saċerdoti minn pajjiżi missjunarji jistudjaw f'Malta biex ikunu ta' servizz aħjar f'pajjiżhom

  Is-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù

L‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi inawgura u bierek Casa Fratelli Tutti, dar li tilqa’ saċerdoti minn pajjiżi foqra li jixtiequ jistudjaw il‑Liċenzjat fit‑Teoloġija Pastorali fil‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta. L‑għan ta’ Casa Fratelli Tutti hu li l‑Knisja f’Malta u l‑Università jagħtu opportunità lil saċerdoti barranin biex ikomplu l‑istudji tagħhom f’Malta minkejja l‑isfidi finanzjarji u kulturali li jistgħu jiltaqgħu magħhom. Bħalissa f’din id‑dar qed jgħixu ħames saċerdoti min‑Niġerja u ż‑Żimbabwe… Kompli aqra »

300 tpinġija jiffurmaw il-mappa tad-dinja fl-iskola primarja tal-MSSP

F’intervista waqt edizzjoni oħra tal-programm What’s On Newsbook, li jixxandar kuljum f’nofsinhar fuq 103 Malta’s Heart, ir-Rettur tal-iskola tal-Missjunarji ta’ San Pawl fir-Rabat Fr Clinton Farrugia spjega x’kien il-ħsieb wara t-300 tpinġija li ffurmaw il-mappa tad-dinja fuq wieħed mill-ħitan tal-iskola.

Fr Clinton stqarr li bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet f’għeluq l-10 snin mill-ftuħ tal-iskola primarja tal-MSSP li għalihom kienu “barka li nservu lil dawn it-tfal” xtaqu jagħmlu proġett oriġinali f’liema proġett it-tfal ikunu protagonisti… Kompli aqra »

Is-sena li għaddiet rajna l-ogħla numru ta’ nies li talbu l-għajnuna – Caritas

Id-Direttur tal-Caritas Anthony Gatt stqarr li s-sena li għaddiet il-Caritas rat l-ogħla numru ta’ klijenti li resqu għall-għajnuna minħabba dipendenza fuq is-sustanzi.

Meta kien qed jitkellem waqt iċ-ċerimonja ta’ Gradwazzjoni 2023 f’ San Blas, Dr Gatt stqarr li kien hemm 765 persuna li resqu għall-għajnuna, “nofshom minħabba problemi ta’ kokaina”.

Mill-bqija, 21% kellhom problemi ta’ eroina u 17% minħabba l-kannabis. Huwa qal li minn dawn, iktar min-nofshom, jiġifieri, 491 persuna huma membri tal-familja ta’ xi ħadd b’dipendenza… Kompli aqra »

Jitħabbru d-dettalji ta’ meta se jsir it-tberik tat-tarbija fil-ġuf fis-Santwarju Ta’ Pinu

F’Għawdex se jkun qed isir ir-Rit tat-Tberik tat-Tarbija fil-Ġuf li se jitmexxa mill-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma.

Dan ir-rit se jsir nhar il-Ħadd 25 ta’ Ġunju fis-6.30pm fis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu.

Dar Ġużeppa Debono u l-Komunità Anawim qed jistiednu lil dawk il-koppji u familji li qed jistennew tarbija għal din il-quddiesa. Wara r-Rit, se jkun hemm mument flimkien fuq iz-zuntier tas-Santwarju… Kompli aqra »

Ġabra speċjali għall-karità tal-Papa Franġisku

F’kull parroċċa f’Malta, nhar is-Sibt 24 u l-Ħadd 25 ta’ Ġunju li ġej, se ssir ġabra speċjali sabiex tgħin lill-Papa Franġisku jkompli jgħin lill-persuni fil-bżonn f’kull rokna tad-dinja u jkompli jmexxi l-Knisja.

B’din il-ġabra nkunu qed nuru l-imħabba tagħna lejn il-Papa Franġisku u ngħinuh biex ikun jista’ jifrex dejjem aktar il-ħidmiet tiegħu ta’ Ragħaj tal-Knisja Universali permezz ta’ għotjiet ta’ karità mad-dinja kollha, ma’ ħutna l-aktar fil-bżonn, speċjalment ma’ dawk milqutin minn xi emerġenza, diżastru naturali jew gwerra. 

L-appell hu biex fil-ġabra nkunu ġenerużi u nuru l-għaqda tagħna mal-Papa Franġisku u l-gratitudni tagħna lejh għaż-żjara tiegħu fostna l-Maltin f’April li għadda… Kompli aqra »