L-Aħbarijiet

Manuskritti oriġinali tat-traduzzjoni tal-Kotba Mqaddsa esebiti f’Għawdex

Is-sotterran uniku tal-Kurja tal-Isqof ta’ Għawdex, fi Triq ir-Repubblika, ir-Rabat Għawdex, jinsab miftuħ minħabba l-esebizzjoni bl-isem Shemà: Il-Wirja, organizzata mid-Djoċesi ta’ Għawdex.

Barra esebiti prestiġjużi bħalma huma l-manuskritti oriġinali tat-traduzzjoni tal-Kotba Mqaddsa għall-Malti minn Pietru Pawl Saydon u Patri Eġidju Mizzi ofm conv. (b’dawn tal-aħħar qed jidhru fil-pubbliku għall-ewwel darba), kif ukoll pubblikazzjonijiet tal-aktar verżjonijiet bikrija tal-Kelma ta’ Alla miġjuba bil-Malti, il-wirja toffri itinerarju esperjenzali interattiv u awdjoviż li jgħin lil min iżurha jidħol iktar fil-fond tal-importanza tal-Kelma ta’ Alla fil-ħajja tan-Nisrani, tal-Knisja u tas-soċjetà… Kompli aqra »

L-ordinazzjoni ta’ djaknu ġdid fil-parroċċa Griega-Kattolika Maltija

Nhar il-Ħadd li ġej, 21 ta’ Mejju 2023, il-parroċċa Griega-Kattolika f’Malta se jkollha djaknu ġdid. L-ordinazzjoni djakonali tas-suddjaknu Jesmond Schembri se ssir bil-barka tal-Arċisqof Charles Scicluna u bit-tqegħid tal-idejn ta’ Mons. Manuel Nin O.S.B., Eżarka Appostoliku tal-Greċja u Isqof Titulari ta’ Carcabia. Il-quddiesa tal-ordinazzjoni se ssir fil-Knisja ta’ San Nikola ta’ Mira (Tal-Erwieħ), il-Belt Valletta fid-9.00 a.m.

Is-suddjaknu Jesmond Schembri hu mill-Parroċċa Griega-Kattolika ta’ Sidtna Marija ta’ Damasku, il-Belt Valletta… Kompli aqra »

Via Lucis fl-20 ta’ Mejju

Bi preparazzjoni għas-solennità ta’ Pentekoste, li fiha niċċelebraw meta l-Ispirtu s-Santu niżel fuq il-Knisja, se tingħad il-Via Lucis li hi talba tradizzjoni ta’ żmien l-Għid, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, Birkirkara nhar is-Sibt 20 ta’ Mejju fit-8pm. 

Kulħadd mistieden jattendi u jikkontempla l-14-il Stazzjoni tad-Dawl. Kull passaġġ mill-Bibbja se jingħad b’14-il lingwa differenti biex infakkru li, għalkemm differenti, aħna kollha l-istess fil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu… Kompli aqra »

Stqarrija mill-Arċidjoċesi ta’ Malta

F’blog riċenti fuq il-website tiegħu, Simon Mercieca, Professur tal-Istorja fl-Università ta’ Malta, allega li l-Arċisqof Charles Scicluna hu membru tal-Opus Dei.

Dan hu totalment falz.

Għall-kuntrarju tal-allegazzjonijiet qarrieqa li għamel Prof. Mercieca, l-Arċisqof Charles Scicluna mhuwiex, u qatt ma kien, membru tal-Opus Dei. Kompli aqra »

Dun Mikiel Azzopardi imfakkar fis-36 anniversarju mill-mewt tiegħu

“Bil-qalb mimlija imħabba li kellu, Dun Mikiel ħareġ fil-beraħ lill-persuni b’diżabilità u tagħhom fejn joqogħdu: id-Dar tal-Providenza.”

Dan qalu Dun Frans Abdilla, Assistent Ekkleżjastiku tal-Azzjoni Kattolika Maltija, waqt quddiesa kkonċelebrata li fakkret is-36 anniverarju tal-mewt ta’ Dun Mikiel, il-fundatur tagħha. Dun Frans qal li t-tweġiba m’għandhiex tingħata b’argument imma bil-qalb. Hekk għamel Dun Mikiel meta wieġeb għas-sejħa li għamillu l-Mulej biex jara li l-persuni b’diżabilità jsibu posthom fis-soċjetà u jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod sħiħ u b’rispett sħiħ lejn id-drittijiet u d-dinjità tagħhom… Kompli aqra »

Konferenza f’Malta tal-Katidrali Ewropej dwar ‘l-ekwilibriju bejn il-konservazzjoni u l-ispiritwalità’

Nhar il-Ħamis 11 u l-Ġimgħa 12 ta’ Mejju, il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann tellgħet il-Konferenza tal-Katidrali Ewropej fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Konferenza ta’ din is-sena iffukat fuq ‘L-Ekwilibriju bejn il-Konservazzjoni u l-Ispiritwalità’ li hija tema importanti li taf tenfasizza l-ħtieġa biex jinstab bilanċ bejn il-preservazzjoni tas-sinifikat storiku u kulturali tal-katidrali u l-artefatti tagħhom filwaqt li fl-istess ħin jiġi żgurat li s-sinifikat spiritwali tagħhom jibqa’ rilevanti għas-soċjetà kontemporanja… Kompli aqra »