L-Aħbarijiet

Il-Fakultà tat-Teoloġija b’invit għat-tnedija tal-ktieb “Love Alone”

The Faculty of Theology is inviting the public for the book launch of Love Alone, a thought-provoking work by Professor John Berry on the Trinity and the Paschal Mystery as understood through the lens of the renowned theologian, Hans Urs von Balthasar. The launch will take place in the exquisite Chapel of the Holy Crucifix at St. Paul’s Cathedral in Mdina on Tuesday, 28th March at 6:45 pm… Kompli aqra »

Riflessjonijiet tar-Randan: Id-dawl

“Jiena d-dawl tad-dinja. Min jiġi warajja ma jimxix fid-dlam, iżda jkollu d-dawl tal-ħajja.” Ġwanni 8:12

Fir-raba’ Ħadd tar-Randan jissemma l-fejqan ta’ raġel għama minn twelidu. Fil-Malti nużaw il-frażi “nieqes mid-dawl”. Interessanti kif bil-Grieg, il-lingwa li t-Testment l-Ġdid inkiteb biha, il-kelma ‘dawl’ hi ‘phos’. Apparti li tirreferi għal dawl fiżiku, bħad- dawl tax-xemx jew id-dawl tal-lampa, tirreferi wkoll għall-għerf u l-verità. Il-kelma għami, bil-Grieg hi ‘tuphlos’ u tirreferi wkoll għal xi ħadd dgħajjef spiritwalment, jew nieqes mill-intelliġenza… Kompli aqra »

L-affarijiet ta’ vera ma tarahomx bl-għajnejn imma bil-qalb – L-Arċisqof

Quddiesa fir-raba' Ħadd tar-Randan

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Fgura

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Illum qegħdin naqraw dan l-Evanġelju, li hu pjuttost twil, allura l-omelija trid tkun qasira biex inpattu naqra. Ħsieb qasir ispirat propju minn dan id-djalogu u qawwi bejn ħafna protagonisti. Imma nnutaw Ġesù, u hekk jibda dan l-Evanġelju, “kien għaddej u jilmaħ raġel għama minn twelidu” (Ġw 9:1). ’Il quddiem nirrealizzaw ukoll li dan l-għama minn twelidu, peress li ma setax jaħdem, kien emarġinat fis-soċjetà, kien tallab, hekk kien jgħix… Kompli aqra »

“Ħobbu lil xulxin” – L-Arċisqof jirritorna fl-iskola primarja fejn ħa t-tagħlim tiegħu

L-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna rritorna fl-Iskola Primarja ta’ San Bastjan, f’Ħal Qormi, fejn fost l-oħrajn iddedika kważi nofs siegħa għal sessjoni ta’ mistoqsija u tweġiba mat-tfal tal-iskola.

Kien f’din l-iskola li Charles Scicluna, dakinhar tifel ta’ ħames snin, beda l-vjaġġ edukattiv tiegħu, u baqa’ jistudja sakemm għalaq għaxar snin. F’din l-iskola, hu kellu l-opportunità li jiftakar fit-tfulija tiegħu, fejn kien jgħix u jqatta’ l-ġranet tiegħu bħala tifel f’Ħal Qormi, kif ukoll minn fejn bdiet il-vokazzjoni għal ħajja reliġjuża… Kompli aqra »

Eżerċizzi spiritwali għall-persuni separati

  Il-Kurja, il-Furjana

‘It-Triq, il-Verità u l-Ħajja: l-akkumpanjament spiritwali’ huma eżerċizzi spiritwali maħsuba għall-persuni separati mmexxija minn Dun Marco Portelli.

Huma eżerċizzi spiritwali li joffru t-tama u jqawwu l-fidi fit-triq tal-ħajja mimlija sfidi. Jimxu lejn verità iktar sħiħa tal-istorja ta’ ħajjitna, b’dak li nafu sal-lum u dak li nsibu fil-ħajja ta’ kuljum. F’akkumpanjament spiritwali u bl-esperjenzi ta’ xulxin, naslu ma’ Kristu li jridna ferħanin u nħarsu ‘l quddiem b’kuraġġ… Kompli aqra »

Joy Gospel Singers f’kunċert b’risq kawża ġusta

Joy Gospel Singers (VO/0673) under the musical direction of Michelle Marie Abela, are stepping up rehearsals for their 25th March Concert in aid of the St Jeanne Antide Foundation (VO/005). The programme includes an entertaining selection of Joy Gospel Singers’ original interpretation of a variety of traditional spiritual and contemporary gospel songs, in their usual uplifting style.  The joyful style will be enhanced by the talented participation of the children’s choir led by Phylisienne Brincat and the young musicians of the Swieqi Academy Orchestra under the direction of Kristina Dimic… Kompli aqra »

KDT f’laqgħa mal-Arċisqof qalb in-natura tal-Mellieħa

  Il-Mellieħa

Is-Sibt 11 ta’ Marzu 2023, il-membri tal-Kummissjoni Djoċesana Tfal (KDT), kellhom waħda mil-laqgħat tagħhom mal-Arċisqof Charles Scicluna fl-inħawi tat-Torri l-Aħmar, il-Mellieħa.

Il-laqgħa saret fl-apert fuq suġġeriment tal-Arċisqof innifsu, fejn qasam l-imħabba li għandu għan-natura u l-fjuri. Mgħammar bi ktejjeb dwar il-fjuri fis-selvaġġ f’Malta, l-Arċisqof spjega lit-tfal liema fjuri u pjanti ltaqgħu magħhom matul mixja li saret mit-Torri l-Aħmar sar-Radar Tower.

It-tfal membri fil-KDT jiltaqgħu mal-Arċisqof tliet darbiet fis-sena biex f’diskussjoni miftuħa jitkellmu miegħu dwar diversi suġġetti li jolqtu lit-tfal… Kompli aqra »

Il-Kardinal Mario Grech jiltaqa’ mas-sorijiet Maltin fl-Etjopja

Il-Kardinal Malti Mario Grech, li jinsab f’Addis Ababa, l-Etjopja, għall-Assemblea Kontinentali tal-Afrika, sab il-ħin jiltaqa’ mas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù li jservu lill-komunità f’dan il-pajjiż.

Il-Kardinal Mario Grech, Segretarju Ġenerali tas-Sinodu, kellu laqgħa mill-isbaħ ma’ dawn is-sorijiet, immexxija minn Madre Lutgarda li ilha sservi din il-missjoni għall-aħħar 54 sena, fejn fost l-oħrajn għandha r-responsabbiltà ta’ orfanotrofju.

Hu tkellem magħhom dwar il-missjoni ta’ dawn is-sorijiet, u esprima kemm hu kburi li l-Maltese Sisters kif jirreferu għalihom b’għożża l-Etjopjani, ġejjin minn ordni reliġjuża li twieldet fid-Djoċesi tiegħu, f’Għawdex… Kompli aqra »