L-Aħbarijiet

Irridu nħobbu l-varjetà fil-Knisja tagħna – L-Assemblea Kontinentali tas-Sinodu

Il-ġranet tal-Assemblea Kontinentali Ewropea fil-Mixja Sinodali li ġiet ċelebrata fil-Knisja Kattolika fil-ġranet li għaddew kienu “jiem ta’ smigħ u djalogu” li ġġeneraw “esperjenza profondament spiritwali b’metodu sinodali”.

Dan jistqarruh l-aħħar rimarki tal-Kumitat Redazzjonali li l-Ħamis li għadda ppreżenta l-ewwel abbozz ta’ dokument konklużiv li għad irid joħroġ mid-diskussjonijiet li nżammu fi Praga f’dawn il-jiem, u li għalihom kienu preżenti 156 delegat mill-Konferenzi Episkopali Ewropej, fosthom delegazzjoni Maltija mmexxija mill-Arċisqof Charles J… Kompli aqra »

Missio Malta tibgħat l-ewwel grupp ta’ voluntiera Maltin fi tliet snin

Missio Malta għadha kif bgħatet l-ewwel grupp ta’ voluntiera Maltin wara tlitt snin ta’ interruzzjoni minħabba l-pandemija, sabiex iwettqu ħidma missjunarja.

Filfatt grupp ta’ 12-il persuna, telqu minn Malta il-ġimgħa li għaddiet, u issa jinsabu fil-Filippini fejn qed iwettqu xogħol b’riżq proġett ta’ Eko-agrikoltura kif ukoll it-tiswija ta’ Mission Station li ġġarfet kawża tal-eruzzjoni ta’ vulkan fl-2021.

“Huwa ta’ sodisfazzjon għalina li erġajna qbadna r-ritmu tal-ħidma tagħna wara tliet snin ta’ interruzzjoni minħabba l-pandemija tal-COVID-19… Kompli aqra »

Talba ħerqana mill-Isqfijiet Ewropej għall-vittmi tat-terremot fit-Turkija u s-Sirja

Sors: Newsbook

Minn Praga, fejn bħalissa qed tiltaqa’ l-Assemblea Kontinentali tas-Sinodu, ilbieraħ filgħaxija l-Knejjes fl-Ewropa esprimew il-qrubija tagħhom lejn il-popli tan-nofsinhar tat-Turkija u t-tramuntana tas-Sirja li ntlaqtu minn terremot qawwi fis-6 ta’ Frar.

L-istqarrija tinnota b’sogħba li “ċ-ċifra tal-vittmi mejta għadha tielgħa”, u tesprimi kif it-tbatija kbira tal-popli affettwati messet il-qalb tal-membri kollha tal-Assemblea. “Hi ġerħa kbira”, li fis-Sirja qed tkompli żżid mal-gwerra li ilha tifni t-territorju għal 12-il sena”… Kompli aqra »

UTURN – Ir-Randan ma’ Caritas; Eżerċizzi b’differenza

Caritas Malta qed tniedi sensiela ta’ laqgħat darba fil-ġimgħa għal seba’ ġimgħat konsekuttivi; fejn se tistieden lill-pubbliku jattendi għal Eżerċizzi b’differenza.

UTURN hija t-tema magħżula għal dawn il-laqgħat. Kull persuna fil-ħajja jkollha bżonn tieħu deċiżjoni li tibdel il-ħajja tagħha għall-aħjar.

Caritas ħasset il-ħtieġa li torganizza dawn il-laqgħat biex tipprovdi spazju ieħor għal min qed jistaqsi u jfittex li jgħix ħajja bi skop u fil-milja tagħha… Kompli aqra »

Ġbir ta’ fondi għat-Turkija u s-Sirja

Caritas Malta b’sejħa ta’ emerġenza

Is-Sirja (Ritratt: Caritas Internationalis)

Fuq talba tal-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, Caritas Malta f’kollaborazzjoni ma’ Caritas Internationalis, qed tappella għal donazzjonijiet ta’ flus b’risq il-poplu tat-Turkija u s-Sirja li bħalissa għaddej minn tbatija kbira minħabba t-terrimoti qawwija li laqtu lil dawn iż-żewġ pajjiżi maġenb xulxin. Din hi waħda mill-inizjattivi li l-Knisja f’Malta qed tieħu biex tgħin lill-poplu Sirjan u Tork.

Is-Sirja ntlaqtet mit-terremot, bl-iktar wieħed b’saħħtu mill-1995, fejn l-aktar li ntlaqat hu t-Tramuntana tal-pajjiż… Kompli aqra »

Melħ tal-art u Dawl tad-dinja – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta’ Lourdes, Il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Intom il-melħ tal-art…Intom id-dawl tad-dinja” (Mt 5:13.14). Dawn iż-żewġ affarijiet li jsemmi Ġesù nindunaw mal-ewwel li huma affarijiet li aħna lkoll nafu bihom. Ġesù juża kliem li nifhmuh u mhux ikkumplikat biex ifiehem il-missjoni tagħna, dixxipli tiegħu, fid-dinja llum. Għalhekk nistgħu nifhmuh ilkoll u għalhekk mal-ewwel nistgħu naraw dak li Ġesù qed jgħid għalina.

Ħaġa li tolqotna mal-ewwel – ħaġa importanti ħafna – hi li Ġesù qed jgħid li aħna ma neżistux għalina nfusna, għall-benefiċċju tagħna, imma l-ħidma tagħna fid-dinja hija dejjem għall-oħrajn… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet jimmarkaw stadju sinifikanti fl-istorja tal-edukazzjoni f’Malta

Education in Malta will mark a significant milestone this year when one of its most respecte Religious Congregations celebrates 120 years of provision on the island.

The Institute of the Brothers of the Christian Schools, known locally as the Freres or the De La Salle Brothers, opened its first school in Malta in 1903 and over the course of 12 decades has been a cornerstone of educational innovation and excellence on the island… Kompli aqra »

Tibda l-ewwel fażi tal-proġett ‘See My Voice’ ta’ Fondazzjoni Sebħ

Il-proġett ingħata l-Premju tal-President għall-Kreattività 2022

Fondazzjoni Sebħ nediet il-proġett ‘See My Voice’ li f’Diċembru li għadda ngħata l-Premju tal-President għall-Kreattività 2022 bl-allokazzjoni ta’ €9,698 għal din l-inizjattiva. Bħalissa l-Fondazzjoni tinsab fl-ewwel fażi tal-proġett li se jitwettaq ma’ tfal li jgħixu fid-djar residenzjali tal-Fondazzjoni, nisa u wliedhom li għaddew minn esperjenzi ta’ abbuż, kif ukoll membri mill-komunitajiet tal-Ħamrun u l-Marsa fejn il-Fondazzjoni toffri servizz ta’ assistenza soċjali. L-għan tal-proġett hu li jagħti l-possibbiltà lil dawn il-persuni biex isemmgħu leħinhom permezz ta’ forom differenti ta’ arti espressiva.  … Kompli aqra »

Il-Kardinal Grech: M’hemmx sinodu mingħajr isqof

Cardinal Mario Grech, the Secretary General of the Synod of Bishops; and the General Relator of the Synod, Cardinal Jean Claude Hollerich, have addressed a letter to the world’s bishops in which they discuss the role of bishops in the ongoing synodal process. 

In this interview with Vatican Radio, Cardinal Grech summarizes the bishops’ role and explains why it was important to address the question at this stage of the process… Kompli aqra »

L-applikazzjonijiet għal ‘applikanti oħra’ għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta u Għawdex

Għada l-Erbgħa, 1 ta’ Frar, se jiftħu l‑applikazzjonijiet għal ‘Applikanti Oħra’ għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja f’Malta u f’Għawdex għas‑sena skolastika li tibda f’Settembru li ġej.  In‑numru ta’ postijiet vakanti huwa ta’ 933 (858 f’Malta u 75 f’Għawdex). Fir‑regolamenti li ġew ippubblikati f’Novembru li għadda hemm informazzjoni dettaljata tal‑postijiet offruti u tal‑kriterji kif ukoll il‑lista tad‑dokumenti meħtieġa, il‑ġranet meta wieħed għandu japplika u dettalji oħra… Kompli aqra »