L-Aħbarijiet

Sejjaħli b’Ismi

Tnedija ta' wirja fotografika

Wara xhur ta’ ħidma li fihom saru sensiela ta’ sessjonijiet ta’ djalogu bejn il-migranti u l-komunità, il-Ħadd 11 ta’ Diċembru tnediet il-wirja Sejjaħli b’Ismi. Dan il-proġett interkulturali huwa frott kollaborazzjoni bejn it-tim ta’ Sejjaħli b’Ismi, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi u l-JRS (Malta) u qed ifakkar ukoll l-20 sena anniversarju mill-ewwel żbark kbir ta’ persuni li jfittxu l-ażil fuq xtutna.

Waqt it-tnedija tal-wirja li saret fis-Sagristija tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, il-President tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi Daniel Darmanin semma d-diskors li l-Papa għamel reċentement wara ż-żjara tiegħu fil-Bahrain… Kompli aqra »

€300,000 għar-restawr tal-Knisja ta’ Ġieżu fil-Belt

Bħalissa għaddej xogħol ta’ restawr fil-Knisja Franġiskana tal-Madonna ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu) fil-Belt Valletta b’investiment ta’ €300,000.

F’kummenti li ta lil Newsbook.com.mt Fr Ramon Farrugia qal li dan ix-xogħol ta’ restawr kien ħolma tal-komunità li issa se ssir realtà. Żied jispjega li x-xogħol illi għaddej bħalissa jagħmel parti minn proġett ta’ restawr estensiv, kemm fil-kunvent kif ukoll fil-knisja. “Bis-saħħa tal-Ministeru u tad-Direttorat tar-Restawr nittama li fi żmien sena jkollna l-parti esterna tal-knisja ta’ Ġieżu restawrata ħa tingħata lura l-glorja u d-dinjità li jixirqilha,” qal Fattufia… Kompli aqra »

Benedittu “ħabib fidil tal-Għarus” li ntelaq f’idejn il-Missier – Il-Papa Franġisku

“Benedittu, ħabib fidil tal-Għarus, jalla l-hena tiegħek ikun sħiħ xħin tisma’ darba għal dejjem il-leħen tiegħu!”. Hekk għalaq l-omelija tiegħu l-Papa Franġisku fil-quddiesa tal-funeral ta’ Benedittu XVI, li ntemmet ftit tal-ħin ilu.

Fil-preżenza ta’ mijiet ta’ saċerdoti konċelebranti u eluf ta’ fidili kemm quddiem il-Bażilika ta’ San Pietru u kemm minn madwar id-dinja kollha, il-quddiesa ppreseduta mill-Papa kienet iċċelebrata mill-Kardinal Giovanni Battista Re, Dekan tal-Kulleġġ tal-Kardinali… Kompli aqra »

F’Tas-Sliema: niċċa meqjuma ġġarrab ħsarat u qed tiġi rrestawrata

Ritratt: Kunsill Lokali Sliema

Niċċa tad-Duluri ferm meqjuma f’Tas-Sliema ġarrbet ħsarat kunsiderevoli meta twaqqa’ l-ħajt li ilha snin twal fuqu. Hekk kif ġara dan l-inċident inġabru l-partijiet kollha tan-niċċa u ttieħdet għar-restawr.

Il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema kkundanna din il-ħsara fuq il-mezzi soċjali.

Il-Kunsill Lokali esprima diżapprovazzjoni qawwija kontra dan l-att u appella lill-awtoritajiet biex jieħdu azzjoni biex dan il-ħajt u n-niċċa titranġa kemm jista’ jkun malajr… Kompli aqra »

L-Arċisqof dwar kif Benedittu XVI indirizza l-abbużi fil-Knisja

Matul il-pontifikat tiegħu, bejn l-2005 u l-2013, u anke qabel bħala kardinal, il-Papa Emeritu Benedittu XVI kien magħruf għax-xogħol li għamel biex jindirizza l-każi ta’ abbuż sesswali mill-kleru.

Il-mewt tal-Papa Emeritu ġabet magħha diskussjoni dwar il-legat tiegħu dwar din il-ġerħa fil-Knisja, u wieħed mill-persuni li għandu rwol ċentrali fil-ġlieda kontra l-abbużi fil-Knisja Univerali huwa l-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles Scicluna.

F’Ottubru 2002, l-Arċisqof inħatar bħala Promotur tal-Ġustizzja fil-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi bil-mandat li jinvestiga l-każi l-iżjed gravi li jaslu quddiem il-Kongregazzjoni… Kompli aqra »

Festa ta’ Ġenerożità tiġbor €1,445,665 għad-Dar tal-Providenza

“Għal darboħra l-poplu Malti u Għawdxi reġa’ wera s-solidarjetà tiegħu mad-Dar tal-Providenza bis-somma ta’ €1,445,665 għall-Festa ta’ Ġenerożità. Il-fondi miġbura se jgħinu lid-Dar tkompli tipprovdi servizzi residenzjali ta’ kwalità lil 115-il persuna b’diżabilità li jgħixu fid-djar tagħha. Barra minn dan, id-Dar se tkun ittejjeb l-ambjent li fih jgħixu r-residenti f’Villa Papa Giovanni fis-Siġġiewi fejn se jkun qed isir xogħol ta’ rinovar estensiv.  Dan qalu Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar, fl-għeluq ta’ maratona televiżiva ta’ tnax-il siegħa… Kompli aqra »

Il-Papa jċempel raġel li martu mietet wara li welldet tewmin

“Hello, jiena l-Papa Franġisku.” Dan kien il-mod kif Giacomo Cofano rċieva telefonata mingħand il-Papa Franġisku fil-Milied. Cofano huwa missier ta’ tewmin li tilef lil martu wara li welldithom ftit jiem qabel il-Milied fi sptar fi Brindisi, l-Italja.

Dan wara li Dun Donato Luizzi informa lill-Papa b’din l-aħbar ta’ dan il-missier, il-Papa Franġisku bagħat ittra lis-saċerdot, li kien qasam din l-istorja fuq il-media soċjali tiegħu… Kompli aqra »

Il-mewt ta’ Benedittu XVI: Il-kondoljanzi mill-isqfijiet Ewropej

Photo: vaticannews.va

The Council of European Bishops’ Conferences joins the prayers of the whole world in suffrage for the soul of Pope Emeritus Benedict XVI, who died today at the age of 95.

The President of the CCEE, H.E. Archbishop Gintaras Grušas, recalls in particular the “European magisterium that Benedict XVI developed during his pontificate, emphasizing the importance of Europe’s Christian roots and highlighting a necessary return to Christ and to the evangelization for the construction of a civilization of love”… Kompli aqra »