L-Aħbarijiet

Il-Papa jirrispetta d-deċiżjoni tal-Qorti Suprema Amerikana u jikkundanna l-abort

In a wide-ranging interview with American journalist Philip Pullela of Reuters, Pope Francis covers topics such as the recent US Supreme Court decision overturning Roe v. Wade, the possibility of resigning, the decision to postpone his planned Apostolic Visit to South Sudan and the Democratic Republic of Congo, and his hopes for a trip to Moscow and Kyiv.

Pope Francis has responded to the U.S… Kompli aqra »

€519,721 mill-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza

It-12-il edizzjoni tal-Maratona tal-Volleyball li bdiet nhar il-Ġimgħa spiċċat il-Ħadd f’nofsillejl bil-ġabra €519,721 wara 53 siegħa sħaħ. Fil-maratona ħadu sehem 40 plejer u madwar 200 voluntier.

Dun Martin Micallef, Direttur tad-Dar qal li l-maratona hi maratona ta’ solidarjetà u sport u l-ispirtu altruwistiku kien rifless fil-plejers u n-numru sabiħ ta’ voluntiera li ħadu sehem f’dawn it-tlitt ijiem.

Irrefera wkoll għas-sentejn li għaddew li matulhom il-maratona ma saritx u ħafna mill-attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi tista’ tgħid twaqqfu għalkollox… Kompli aqra »

Kull investigazzjoni f’rapporti ta’ abbuż trid tkun indipendenti – Kap tas-Safeguarding Commission

Il-Kap tas-Safeguarding Commission Andrew Azzopardi qal li kull investigazzjoni f’rapporti ta’ abbuż minn persuni reliġjużi trid tkun indipendenti minn kull tip ta’ indħil.

F’intervista ma’ Newsbook.com.mt, Azzopardi tkellem dwar konferenza li saret f’Ruma għal persuni li jaħdmu fil-qasam tal-ħarsien tat-tfal u tal-adulti vulnerabbli fil-Knisja. Għal din il-konferenza attendew 80 persuna li sitta minnhom kienu qed jirrappreżentaw lill-Arċidjoċesi ta’ Malta u lill-Kunsill tas-Superjuri Maġġuri Reliġjużi, jiġifieri l-ordnijiet reliġjużi f’Malta… Kompli aqra »

Għada tibda l-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza

Wara waqfa ta’ sentejn minħabba l‑pandemija, din is‑sena d‑Dar tal‑Providenza se terġa’ torganizza l‑Maratona tal‑Volleyball b’risq id‑Dar tal-Providenza. 40 plejer maqsuma f’ħames timijiet se jkunu qed jilagħbu l‑volleyball għal 53 siegħa sal-Ħadd f’nofsillejl.

Dan qalu Dun Martin Micallef, id‑direttur tad‑Dar tal‑Providenza, f’konferenza tal‑aħbarijiet li fiha ngħataw dettalji dwar it‑12‑il edizzjoni ta’ din il‑maratona.

Il‑maratona se terġa’ ssir fil‑carpark tad‑Dar tal‑Providenza fis‑Siġġiewi, minn għada l‑Ġimgħa l‑1 ta’ Lulju sal‑Ħadd 3 ta’ Lulju 2022… Kompli aqra »

Luminous Kindness – Imnedija l-pubblikazzjoni uffiċjali taż-żjara tal-Papa f’Malta

L‑Arċisqof Charles Scicluna nieda l‑pubblikazzjoni uffiċjali tal‑Vjaġġ Appostoliku tal‑Papa Franġisku f’Malta. Din tinkludi sensiela ta’ ritratti mill‑isbaħ li saru waqt din iż‑żjara li saret fit‑2 u t‑3 ta’ April.

Il‑ktieb ġie ppubblikat minn Beacon Media Group, il‑kumpanija li tiġbor fi ħdanha lil Newsbook, 103 Malta’s Heart u Media Centre. B’168 paġna, il‑ktieb bl‑isem Luminous Kindness jinkludi wkoll id‑diskorsi u t‑talb li sar waqt iż‑żjara tal‑Papa f’għadd ta’ postijiet f’Malta u Għawdex… Kompli aqra »

Quddiesa fis-solennità tal-martirju ta’ San Pietru u San Pawl – 29 ta’ Ġunju 2022, 9:30am

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Interessat fl-etika fin-negozju jew fl-ambjent?

The Professional Ethics Platform at the University of Malta is offering two inter-disciplinary postgraduate programmes coming October 2022.

The M.A. in Business Ethics aims to introduce candidates to the important ethical issues, concepts and theories linked to the context of business activities and related economic environments. The Master is an inter-faculty project—offered by the Faculty of Theology, in collaboration with the Faculty of Economics, Management and Accountancy (FEMA) and the Faculty of Laws—and brings together the fields of business studies, marketing, public policy, philosophical ethics, law, and moral theology… Kompli aqra »

Mijiet jilqgħu mill-ġdid lir-Redentur fit-toroq tal-Isla

Mijiet ta’ devoti l-Ħadd filgħaxija ħonqu t-toroq tal-Isla u mxew mal-purċissjoni bix-xbieha ta’ Ġesù Redentur. Din il-purċissjoni reġgħet ħarġet wara nuqqas ta’ tliet snin minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Il-purċissjoni saret wara l-quddiesa tas-6pm fil-Bażilika ta’ Marija Bambina fl-Isla mmexxija mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna.

Waqt il-pellegrinaġġ sar talb għall-pajjiż, għall-Knisja u għall-vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi.

Sors: Newsbook.com.mt Kompli aqra »

12-il resident temmew b’suċċess il-programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga ta’ Caritas

  Iċ-Ċentru Terapewtiku ta’ San Blas, Ħaż-Żebbuġ

Iċ-ċerimonja ta’ gradwazzjoni ta’ 12-il resident li lestew b’suċċess il-programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga, organizzata minn Caritas Malta u li saret ilbieraħ filgħaxija fiċ-Ċentru Terapewtiku ta’ San Blas f’Ħaż-Żebbuġ. It-tema taċ-ċerimonja ta’ din is-sena kienet: ‘Inħarsu ’l Quddiem’, b’referenza għall-pandemija imma wkoll għall-għanijiet li ta’ kuljum irridu naħdmu għalihom sabiex jagħtu sens lil ħajjitna.

Fil-messaġġ tiegħu, l-Arċisqof Charles Scicluna qal li “waħda milll-affarijiet li tolqotni meta nisma’ l-esperjenzi tar-residenti hawnhekk hija kemm jitkellmu mill-qalb u kemm japprezzaw il-fatt li din il-mixja għallmithom mod ġdid kif jaħsbu u jħobbu”… Kompli aqra »

“Għandu jkollna qalb ħelwa u umli” – L‑Arċisqof f’Jum il-Gradwazzjoni ta’ Caritas Malta

12-il persuna jiggradwaw mill-programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga

  Iċ-Ċentru Terapewtiku ta’ San Blas, Ħaż-Żebbuġ

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-ewwel nett nixtieq insellem lil kull wieħed u waħda minnkom b’mod speċjali lilek Eċċ. President tar-Repubblika, lill-Onorevoli Ministri, grazzi ħafna tal-preżenza ġentili tagħkom. Imma tislima kbira ħafna tmur lill-istaff kollu tal-Caritas. Grazzi ħafna lilek, Anthony, tal-kliem tiegħek ċar ħafna li hemm bżonn naħsbu ħafna fuqu. Imma grazzi anke lilek Dun Charles Cordina, li naf kemm hi għal qalbek il-missjoni li twassal il-qalb tal-Knisja f’tant ambjenti li aħna qaddejja tagħhom… Kompli aqra »