L-Aħbarijiet

Il-Papa mhux se jmexxi l-quddiesa ta’ Corpus minħabba wġigħ fi rkopptu

“Due to the limitations imposed on the Pope by his knee pain and because of the specific liturgical needs of the celebration, the Holy Mass and Procession with the Eucharistic Blessing will not be celebrated on the Solemnity of Corpus Christi.”

This was the statement issued on Monday by the Holy See Press Office ahead of the Solemnity.

This year, the Solemnity of Corpus Christi is on Thursday, June 16, but it is transferred in some dioceses to Sunday, June 19… Kompli aqra »

Pubblikat ir-rapport annwali tal-fundazzjoni St Jeanne Antide

Boosting self-reliance in vulnerable families is the annual report 2021 published by NGO St Jeanne Antide Foundation (VO/0005) highlighting the outcomes of the services it offers to families in distress beset by complex life challenges. The booklet includes a detailed account of the different supports offered by SOAR to survivors of domestic violence. SOAR is run by trained and mentored survivors of domestic violence… Kompli aqra »

Il-Mużew Ekkleżjastiku fil-Mellieħa se jitlesta sal-aħħar tas-sena

Ix-xogħlijiet fuq il-Mużew Ekkleżjastiku fil-Mellieħa mistennija jkunu lesti sal-aħħar tas-sena. Il-proġett qed isir mill-Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta b’investiment ta’ kważi €300,000 u hu ffinanzjat parzjalment mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.

Is-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross u l-Arċipriet tal-Mellieħa Dun Joe Caruana flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett żaru dawn ix-xogħlijiet fil-binja tal-Pellegrini fil-Mellieħa.  

Fuq il-post ġie spjegat li fl-imgħoddi din il-binja kienet tintuża bħala post ta’ mistrieħ mill-pellegrini li kienu jżuru l-Madonna tal-Mellieħa wara vjaġġ twil ħafna, meta ma kienx hawn il-mezzi tat-trasport kif għandna llum… Kompli aqra »

L-għażla bejn l-embrijuni hi diskriminatorja u ddgħajjef id-dinjità tal-ħajja umana

Position paper dwar l-emendi fil-Liġi tal-IVF

L-emendi fil‑liġi tal‑IVF idgħajfu d-dinjità tal-embrijuni għax jippermettu li dawk b’mard ġenetiku speċifiku jiġu ffriżati għal dejjem. Barra minn hekk, permezz ta’ dawn l-emendi, se ssir għażla diskriminatorja bejn liema tarbija futura tgħix u liema tiġi ffriżata, abbażi tal‑kundizzjoni ġenetika tagħha.

Dan qaluh 35 espert multidixxiplinarju fosthom mill‑qasam tal‑mediċina, ix‑xjenza u l‑embrijoloġija, f’position paper li ħejjew bħala parti minn diskussjoni usa’ li trid issir bħala parti mid-dibattitu Parlamentari dwar l-emendi proposti għall-Protezzjoni tal-Embrijuni… Kompli aqra »

L-Arċisqof imexxi pellegrinaġġ f’Lourdes

Id-90 pellegrinaġġ mill-UMTAL

L‑Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi d‑90 pellegrinaġġ annwali għall‑morda f’Lourdes organizzat mill‑Għaqda Maltija Trasport tal‑Morda f’Lourdes (UMTAL) bejn it‑18 u t‑22 ta’ Lulju 2022. L‑Arċisqof se jkun akkumpanjat minn Dun Joe Mizzi, li hu d‑direttur spiritwali tal‑UMTAL u l‑Arċipriet tal‑parroċċa tar‑Rabat. Dan se jkun l‑ewwel pellegrinaġġ taħt il‑gwida tal‑President tal‑UMTAL Dr Joseph Debono, konsulent kirurgu u direttur tal‑Isptar Mater Dei.

L‑applikazzjonijiet bħalissa jinsabu miftuħin għall‑pubbliku u kulħadd jista’ jattendi… Kompli aqra »

Il-Gvern u d-Dar tal-Providenza bi ftehim biex persuni b’diżabilità jgħixu ħajja aktar indipendenti

Il-Gvern u t-tmexxija tad-Dar tal-Providenza ffirmaw ftehim biex tliet persuni b’diżabbiltà jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu ħajja indipendenti f’dar Akkwarell fil-Qawra.

Il-ftehim, li għandu valur ta’ €350,000, ġie ffirmat bejn il-Ministeru għall-Inklużjoni permezz ta’ Aġenzija Sapport u l-amministrazzjoni tad-Dar tal-Providenza u se jara lil dawn il-persuni jgħixu ħajja aktar indipendenti f’din ir-residenza li hi tad-Dar tal-Provdenza.

Id-Direttur tad-Dar tal-Providenza Dun Martin Micallef qal li l-ftehim hu sinifikanti għax juri l-impenn tal-Gvern biex id-Dar toffri servizzi residenzjali fil-qalba tal-komunità u li sar fl-għeluq tal-għaxar snin mill-ftuħ ta’ din ir-residenza li fiha jgħixu żewġ persuni b’diżabilità fiżika… Kompli aqra »

L-ebda stat ma jista’ jkun obbligat jillegalizza jew jiffaċilita l-abort – COMECE

  Dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-COMECE dwar id-diskussjoni tal-PE dwar 'Theddid globali għad-drittijiet tal-abort'

In view of the discussion scheduled for Wednesday 8 June 2022 in the European Parliament under the title “Global threats to abortion rights: the possible overturn of abortion rights in the US by the Supreme Court”, the Secretary General of COMECE, Fr Manuel Barrios Prieto, has made the following declaration:

We see with surprise that the European Parliament will discuss the impact of a leaked draft opinion of the US Supreme Court concerning abortion… Kompli aqra »

Irrestawrati 7 pitturi fl-Oratorju tal-Madonna tal-Karità fil-Belt

  Il-Kolleġġjata San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta

Ġie inawgurat proġett ta’ restawr li sar fuq sett ta’ seba’ pitturi li jinsabu fl-Oratorju tal-Konfraternità tal-Madonna tal-Karità. Din il-Konfraternità hi eretta fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta.

L-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett saret il-Ġimgħa 27 ta’ Mejju, mill-Arċisqof Charles Scicluna, fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tal-Karità. Dakinhar l-Arċisqof Scicluna qaddes quddiesa solenni fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu.

Is-seba’ kwadri li ġew irrestawrati minn PrevArti, jikkonsistu f’sitt kwadri ta’ Giuseppe d’Arena li jinsabu mwaħħlin mal-ħitan tal-Oratorju u t-titular tal-Oratorju li jirrappreżenta l-ġrajja tat-Tieġ ta’ Kana… Kompli aqra »

Filmat: Live-in tal-Kappillani 2022 – Knisja li tilqa’, Knisja inklussiva

Il‑kappillani tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta rriflettew fuq it‑tema ‘Knisja li tilqa’, Knisja inklussiva’, waqt il‑live‑in annwali. Huma ddiskutew kif bħala saċerdoti jista’ jkollhom attitudni pastorali li dejjem tilqa’ lill‑persuni ta’ madwarhom billi jkunu inklussivi fi kliemhom, fl‑atteġġjament tagħhom u fid‑deċiżjonijiet li jieħdu, kemm mal‑persuni li huma midħla tal‑Knisja u anke dawk li mhumiex. ‘Knisja li tilqa’ hi t‑tieni tema tad‑dokument ta’ tiġdid ekkleżjali tal‑Arċidjoċesi Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed

L‑ewwel jum tal‑live‑in li sar fis‑Seminarju tal‑Arċisqof beda b’messaġġ mill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna li tkellem dwar l‑isfond bibliku tal‑kelma ‘tilqa’… Kompli aqra »

Ħsibijiet mill-Għid sa Pentekoste – Il-Ħadd tal-Għid il-Ħamsin

Riflessjoni mill-Isqof Joseph Galea-Curmi għall-Għid il-Ħamsin 2022

Evanġelju: Ġw 14:15-16, 23b-26

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk tħobbuni, ħarsu l-kmandamenti tiegħi. U jiena nitlob lill-Missier, u hu jagħtikom Difensur ieħor biex jibqa’ magħkom għal dejjem. Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu. Min ma jħobbnix ma jħarisx kliemi. U l-kelma li qegħdin tisimgħu mhijiex tiegħi, imma tal-Missier li bagħatni… Kompli aqra »