Jisma’ u jieħu azzjoni – L-Isqof Galea-Curmi
18/12/2023 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Xejn la tibża’” (Mt 1:20). Dan hu l-kliem li jgħid l-anġlu tal-Mulej lil Ġużeppi meta jidhirlu f’ħolma, u jgħidlu li ma għandux għalfejn jibża’ jieħu lil Marija b’martu. Fil-fatt Ġużeppi kien baqa’ mħasseb sew għax hu kien miżżewweġ lil Marija, imma skont id-drawwa ta’ dak iż-żmien, kienu għadhom ma joqogħdux flimkien, u Marija ħarġet tqila.
Għalhekk l-anġlu ried iserraħ ras Ġużeppi li din kienet opra ta’ Alla, u jgħidlu: “dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu” (Mt 1:20)… Kompli aqra »