Il-Kelma tal-Isqof Awżiljarju

Għajnuna kbira għall-fidi tagħna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Bil-Malti għandna espressjoni li tgħid “kulħadd xortih”. Niftakar f’din l-espressjoni meta naqra dan ir-rakkont fl-Evanġelju skont San Ġwann, fejn jissemma Tumas l-Appostlu. Jgħidu li Tumas kien wieħed minn dawk li wara Għid il-Ħamsin mar ’il bogħod ħafna jxandar l-Evanġelju – hawn min jgħid li wasal sal-Indja, u fil-fatt, f’partijiet mill-Indja, hemm ħafna devozzjoni lejh. Imma baqa’ magħruf għall-fatt li ma emminx dak li qalulu sħabu li kienu raw lill-Mulej, u ried jara b’għajnejh u jmiss b’idejh… Kompli aqra »

Il-Mulej iġib biss ġid – L-Isqof Galea-Curmi

Photo by Pixabay L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Il-Mulej dan!” (Ġw 21:7) Dan hu l-kliem li qal id-dixxiplu l-maħbub, fl-Evanġelju skont San Ġwann, kliem li bih jistqarr li Ġesù huwa ħaj. 

Hawnhekk għandna r-rakkont sabiħ ta’ dawn is-seba’ dixxipli li marru biex jistadu. Pietru qalilhom “sejjer nistad” (Ġw 21:3), u marru miegħu. Għalkemm ħafna minnhom kienu jifhmu fis-sajd, dakinhar ma qabdu xejn. U meta reġgħu lura, jaraw xi ħadd fuq ix-xatt… Kompli aqra »

L-Għid: il-festa tal-ħajja u tal-imħabba – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

Photo by MART PRODUCTION L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ma mmutx imma nibqa’ ngħix, u nħabbar l-għemejjel tal-Mulej” (Salm 118:17). Dan hu l-kliem li tlabna fis-salm illum, u huwa l-kliem li jfisser b’mod sabiħ ħafna din il-festa kbira li qed nagħmlu llum. Dan għaliex aħna u niċċelebraw il-qawmien ta’ Ġesù, qed niċċelebraw l-ikbar u l-isbaħ festa tagħna – fuqha hija mibnija l-fidi tagħna. 

Ġesù qam mill-mewt… Kompli aqra »

It-tama ma tqarraqx bina – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

Photo by Lukas L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Qegħdin tfittxu lil Ġesù li kien imsallab. Mhuwiex hawn, għaliex qam, kif kien qal”  (Mt 28:5-6). Din hija l-Aħbar il-kbira li ta l-anġlu lin-nisa li marru ħdejn il-qabar ta’ Ġesù, u hija l-Aħbar li tiġbor l-aktar ħaġa essenzjali – l-Aħbar it-Tajba – fil-kelma ta’ Alla. Hija l-isbaħ Aħbar, hija l-ikbar Aħbar, mhux biss għalina li nemmnu imma għall-umanità kollha. 

Ir-rabta mal-Passjoni u l-Mewt

Nistgħu nifhmu ħafna x’jiġifieri din l-Aħbar li Ġesù qam mill-mewt meta aħna niftakru f’dak li ċċelebrajna f’dawn il-ġranet li għaddew, speċjalment ilbieraħ meta fakkarna l-Passjoni u l-mewt ta’ Ġesù… Kompli aqra »

B’salibek u b’mewtek inti fdejtna – L-Isqof Galea-Curmi

  Id-Dar tal-Kleru, Birkirkara

Photo by Alem Sánchez L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Kollox hu mitmum!” (Ġw 19:30) Dawn huma l-kelmiet li, fl-Evanġelju skont San Ġwann, qal Ġesù fuq is-salib qabel mejjel rasu u miet. F’dawn il-kelmiet għandna l-messaġġ ewlieni li jagħti l-Evanġelista San Ġwann b’dan ir-rakkont tal-Passjoni li għadna kif smajna.

Fl-Evanġelisti l-oħra, insibu enfasi fuq it-tbatija kbira li għadda minnha Ġesù: is-swat, id-daqqiet ta’ ħarta, ix-xewk, il-bżieq, it-toqol tas-salib, l-insulti, it-tgħajjir… Kompli aqra »

Imħabba bla kundizzjoni – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Katidral ta' San Pawl, Mdina

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Hu li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbhom għall-aħħar” (Ġw 13:1). F’dan il-kliem fl-Evanġelju skont San Ġwann, f’dan ir-rakkont sabiħ li għadna kemm smajna, hemm miġbur il-messaġġ l-iktar importanti f’din il-ġurnata tal-lum, u f’din il-ġrajja li qed niċċelebraw fil-ġurnata għażiża ta’ Ħamis ix-Xirka.

Ikla ta’ mħabba

Hawnhekk għandna lil Ġesù li jiġbor lid-dixxipli tiegħu u magħhom jagħmel ikla… Kompli aqra »

Il-foqra dejjem magħna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Photo by MART PRODUCTION L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Il-foqra dejjem issibuhom magħkom” (Ġw12:8). Dan hu l-kliem li Ġesù jgħid lil Ġuda l-Iskarjota fl-Evanġelju llum, meta dan għamel ilment għaliex Marija użat fwieħa tan-nard pur tiswa ħafna. U Ġuda qal li jkun aħjar li kieku din il-fwieħa, flok tużaha hemm, tinbiegħ tliet mitt dinar, u jkunu jistgħu jgħinu lill-foqra.

Meta naqraw dan, żgur li f’moħħna jiġi l-ħsieb: minn kulħadd, Ġuda jitkellem? … Kompli aqra »

Tahielna bħala Omm waqt l-akbar tbatija – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Parlament ta' Malta, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Wieħed mir-ritratti kommoventi dan l-aħħar f’pajjiżna kien juri jitgħannqu żewġ ommijiet li għaddew u għaddejjin minn tbatija kbira u wġigħ tremend. Żewġ ommijiet li kellhom jaffaċċjaw l-agħar esperjenza li omm qatt tista’ tgħaddi minnha: it-telfa ta’ wliedhom, u t-telfa tagħhom f’ċirkustanzi traġiċi. Dawn iż-żewġ ommijiet – omm Pelin Kaya u omm Jean Paul Sofia – huma espressjoni mill-aktar attwali ta’ dak li niċċelebraw għada bit-tifkira tal-Madonna tad-Duluri. 

Dawn l-ommijiet imkissra qed jistennew ġustizzja wara t-telfa ta’ wliedhom – bħalma qed jistennew ukoll ommijiet oħra – u żgur li għandu jsir dak kollu possibbli biex il-ġustizzja sseħħ u biex ikun jidher li qed jittieħdu l-miżuri kollha possibbli għal dan il-għan… Kompli aqra »

Ma baqgħetx imħawda – L-Isqof Galea-Curmi

  Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

Photo by Bennet P Biju L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tħawdet ħafna għal dan il-kliem” (Lq 1:29). Dan hu li naqraw fl-Evanġelju llum, skont San Luqa, fil-ġrajja sabiħa tat-Tħabbira tal-Mulej – il-Festa tal-Lunzjata.  Nixtieq li llum nirriflettu proprju fuq dan. Marija “tħawdet ħafna” għall-kliem li qalilha l-anġlu Gabriel meta daħal għandha. 

Taħwid kbir

Meta naqraw dan il-kliem tant snin wara, jista’ jkun li naħsbu: mhux bilfors titħawwad! … Kompli aqra »

Maħfra u impenn kontra l-ħażen – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Int, imma, xi tgħid?” (Ġw 8:5) Din hija l-mistoqsija li l-kittieba u l-Fariżej għamlu lil Ġesù fit-tempju meta ħadulu quddiemu mara li kienet inqabdet fl-adulterju. Hemmhekk lil Ġesù riedu jonsbuh. Din mhijiex mistoqsija sinċiera, biex jieħdu l-parir tiegħu, biex jaraw x’jaħseb. Imma proprju kif jgħid l-Evanġelju, “biex iġarrrbuh” (Ġw 8:6). Ir-raġuni hi li l-Liġi ta’ Mosè kienet tgħid – bħalma nsibu fil-Ktieb tal-Levitiku (20:10) u d-Dewteronomju (22:22) – li nies bħal dawn għandhom iħaġġruhom… Kompli aqra »