Ragħajja għal nagħaġ bla ragħaj – L-Isqof Galea-Curmi
18/06/2023 Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal BalzanL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Bħal nagħaġ bla ragħaj” (Mt 9:36). Din hija d-deskrizzjoni li nsibu llum fl-Evanġelju skont San Mattew, ta’ dawn in-nies li kienu viċin Ġesù, u li Ġesù, meta ħares lejhom, rahom “bħal nagħaġ bla ragħaj”.
Aħna nafu x’irid ifisser meta jgħid “nagħaġ bla ragħaj”. Għax mingħajr ir-ragħaj, in-nagħaġ huma mitlufa, jitħawdu, ma jafux id-direzzjoni fejn iridu jmorru, huma disorjentati. Fil-fatt, l-Evanġelju jgħid li “kienu mdejqa u mitluqa bħal nagħaġ bla ragħaj”.
Tħassarhom u ħa azzjoni
U x’għamel Ġesù? … Kompli aqra »