Il-Kelma tal-Isqof Awżiljarju

Attenti, mhux aljenati – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Kienu jieklu, jixorbu, jiżżewġu, iżewġu” (Lq 17:27). Dan hu l-kliem li bih Ġesù jiddeskrivi l-ħajja tan-nies fi żmien Noè meta Noe daħal fl-arka biex jeħles mid-dilluvju li ġab qerda sħiħa. U bi kliem jixbhu, Ġesù jfisser ukoll dak li ġara fi żmien Lot, meta Lot ħareġ minn Sodoma. Jgħid Ġesù: “kien jieklu, jixorbu, jixtru, ibigħu iħawlu, jibnu” (Lq 17:28).

Hawn Ġesù qed isemmi affarijiet tal-ħajja ordinarja… Kompli aqra »

Skandlu, maħfra u fidi – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Bil-Malti ngħidu “fuq tlieta toqgħod il-borma”, u f’din is-silta qasira llum, mill-Evanġelju skont San Luqa, Ġesù jkellimna fuq tliet punti importanti għall-ħajja tagħna.

L-ewwel nett, fuq l-iskandli. Jgħid kliem iebes ħafna: Ħażin għalih min jagħti skandlu. Aħna nafu li Ġesù fl-Evanġelju l-iktar kliem iebes li qal kien fuq l-ipokresija u fuq l-iskandlu. Hawn jgħid: “Ikun aktar jaqbillu jekk jorbtulu ma’għonqu ġebla ta’ tħin u jitfgħuh il-baħar milli jagħti skandlu” (Lq 17:2)… Kompli aqra »

L-għaqal li għandna bżonn – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Is-sid faħħru lil dak l-amministratur ħażin” (Lq 16:8). Din is-sentenza fl-Evanġelju llum taħsadna. Ara li nisimgħu fuq serq, qerq, tbagħbis fin-numri, amministrazzjoni ħażina, tberbiq tal-ġid – kollu ikrah u ikrah ħafna, imma qisu ma jissorprendiniex! Imma li s-sid ifaħħar lill-amministratur ħażin, dik hija ħaġa stramba. Kont tistenna li s-sid jirrabja, jagħtih ħasla, u jirrabja aktar meta jinduna li dan baqa’ sal-aħħar iberbaqlu ġidu… Kompli aqra »

Il-ħajja ta’ dejjem – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-32 Ħadd ta' matul is-sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fost in-nies li kienu jkunu kultant f’polemika ma’ Ġesù, fost il-gruppi, kien hemm tnejn partikulari, li kienu l-Fariżej u s-Sadduċej. Il-Fariżej – li nisimgħu iktar bihom – kienu dawk li jridu jwettqu l-ittra tal-Liġi ta’ Alla, imma ħafna drabi kien jinsew l-iktar affarijiet importanti, bħall-imħabba u l-ħniena ta’ Alla, u nsibu lil Ġesù f’polemika magħhom. Imbagħad kien hemm ukoll is-Sadduċej. Mhux f’kollox kienu jaqblu mal-Fariżej – għalkemm insibuhom jaqblu magħhom biex joqtlu lil Ġesù aktar tard… Kompli aqra »

Imħabba bla kundizzjoni – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Dawn ma għandhomx minn fejn iroddulek pjaċir bi pjaċir” (Lq 14:14). Dan hu li jgħid Ġesù llum fl-Evanġelju skont San Luqa, meta jsemmi l-foqra, il-magħtubin, iz-zopop u l-għomja, li huma nies li jekk int tistedinhom għal ikla, mhumiex se jkunu jistgħu jistednuk huma mbagħad minħabba s-sitwazzjoni tagħhom.

Hawn Ġesù jgħid lill-kap tal-Fariżej li kien stiednu biex meta jorganizza xi ħaġa, jaħseb ukoll f’dawn in-nies u ma jagħmilhiex bi skop li tkun pjaċir bi pjaċir… Kompli aqra »

Ma għażilx nies perfetti – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Għadda l-lejl fit-talb lil Alla” (Lq 6:12). Dan hu li naqraw illum fl-Evanġelju skont San Luqa fuq Ġesù, li tela’ fuq l-għoljiet waħdu, u għamel ħin twil hemmhekk jitlob. Ma kinetx l-unika darba li Ġesù mar waħdu biex jitlob. San Luqa jgħidilna fl-Evanġelju tiegħu fuq l-importanza tat-talb għal Ġesù, u fuq kif Ġesù kien ukoll għallem lid-dixxipli tiegħu kif jitolbu. Imma din iċ-ċirkustanza kienet speċjali, għax wara dak il-ħin ta’ talb, meta sebaħ, l-ewwel ma għamel Ġesù hu li sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu… Kompli aqra »

Ġie biex ifittex u jsalva l-mitluf – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-31 Ħadd ta' matul is-sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-ġrajja tal-laqgħa ta’ Żakkew ma’ Ġesù tista’ tinġabar fl-aħħar sentenza tal-Evanġelju: “Bin il-bniedem ġie biex ifittex u jsalva l-mitluf” (Luqa 19:10). Tajjeb li nħarsu lejn din il-ġrajja u naraw x’tgħidilna għal ħajjitna. Inħarsu l-ewwel lejn il-folla, imbagħad lejn Żakkew u Ġesù.

Il-folla

Il-folla tan-nies li kienet imdawra ma’ Ġesù kienet ostaklu għal Żakkew biex jiltaqa’ miegħu imma anke biex jarah… Kompli aqra »

Il-ħajja tal-bniedem hi tant prezzjuża – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Bdiet tfaħħar lil Alla” (Lq 13:13). Dan hu li naqraw fl-Evanġelju skont San Luqa llum fuq din il-mara li kienet ilha tmintax-il sena sħaħ marida, u li fis-sinagoga ltaqgħet ma’ Ġesù. Hawnhekk l-Evanġelju jgħid li kienet anke milwija ħafna, lanqas setgħet toqgħod dritta. Itaqgħet ma’ Ġesù, u hu sejħilha. U Ġesù qiegħed idejh fuqha u fejjaqha. Naqraw fl-Evanġelju: “minnufih waqfet dritta u bdiet tfaħħar lil Alla” (Lq 13:13)… Kompli aqra »

Alla jisma’ t-talba tal-umli – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-30 Ħadd ta' matul is-sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Għandna llum fl-Evanġelju storja ta’ tnejn min-nies – wieħed Fariżew u l-ieħor Pubblikan. It-tnejn kienu jemmnu f’Alla, it-tnejn kienu jmorru t-tempju, imma t-tnejn kellhom attitudni differenti li kienet toħroġ ċara ħafna fit-talb tagħhom. Tajjeb li naraw x’jgħallmuna t-tnejn li huma għal ħajjitna.

Ftaħir u tmaqdir

Ħa nħarsu lejn il-Fariżew. Fit-tempju jagħmel talba li qisha ringrazzjament  lil Alla… Kompli aqra »

Il-ġudizzju li rridu nagħmlu – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Għala ma tiġġudikawx intom stess x’inhu s-sewwa?” (Lq 12:57) Dan hu li Ġesù jgħid lin-nies illum fl-Evanġelju skont San Luqa. Kien għadu kif għamel kritika, għax jgħidilhom: tafu taqraw is-sinjali tat-temp – tgħidu ġejja x-xita jew ġejja s-sħana – imma ma tafux taqraw is-sinjali taż-żmien. Imbagħad jgħidilhom: “Għala ma tiġġudikawx intom stess x’inhu s-sewwa?”

Din hija mistoqsija importanti. Tfakkarna li Ġesù dil-kelma użaha darb’oħra… Kompli aqra »