Il-prezz tal-fedeltà – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa fit-tifkira tal-martirju ta’ San Ġwann Battista
29/08/2022 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
L-istorja tal-qtil ta’ Ġwanni l-Battista hi storja kerha, makabra, u fiha hemm konċentrazzjoni ta’ ħażen. Qisu dnub iwassal għal ieħor.
Naraw, l-ewwel nett, il-mibegħda – il-mibegħda li kellha f’qalbha Erodja. Ma kinitx taħmlu lil Ġwanni l-Battista. L-ewwel ġagħlet lil Erodi jitfgħu l-ħabs, jaqflu hemm, għax Ġwanni l-Battista kien jgħidlu lil Erodi: “Ma tistax iżżommha int il-mara ta’ ħuk”. Imbagħad kompliet biex dil-mibegħda kibret f’qalbha u riedet toqtlu… Kompli aqra »