Familja ta’ ħafna mħabba – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa fit-tifkira ta’ Santa Marta, Santa Marija u San Lazzru
29/07/2022 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Il-familja ta’ Marta, Marija u Lazzru kienet familja fejn Ġesù sab ħafna mħabba. Ġesù kien iħobb lil din il-familja. Naraw f’dawn it-tlieta min-nies xi ħaġa li nistgħu nitgħallmu ħafna wkoll għall-ħajja tagħna.
Ħa nħarsu l-ewwel lejn Marta, li ħafna drabi nassoċjawha proprju, kif naqraw f’din is-silta, ma’ dik li kellha ħafna x’tagħmel. Għalhekk, meta Ġesù kien hemm, bdiet tagħmel il-ħafna xogħol tad-dar, għall-bżonn biex tkun ta’ servizz għalih stess; u ħaditha bi kbira għax oħtha qagħdet hemm fejn Ġesù, u ma ġietx tgħinha… Kompli aqra »