Jingħata għalina – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa fis-Solennità tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Kristu
19/06/2022 Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal BalzanL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Żgur li ħafna minna hawnhekk niftakru l-ġurnata tal-ewwel tqarbina. Jien niftakarha sew, kif konna nġbarna flimkien, numru kbir ta’ tfal, u mxejna mill-Museum sal-Knisja. Niftakar il-preparazzjoni għal dan il-jum kbir, u speċjalment il-ferħ li ħassejt, u miegħi l-familja kollha. Jien ċert li din hi l-esperjenza ta’ ħafna minna hawnhekk fl-ewwel tqarbina.
Nixtieqkom tirriflettu dwar dan: x’differenza hemm bejn l-ewwel tqarbina, għal ħafna minna tant snin ilu, u t-tqarbina tal-lum f’din il-quddiesa? … Kompli aqra »