Biex qalbna ma titħawwadx – L-Isqof Galea-Curmi
13/05/2022 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Tħallux qalbkom titħawwad!” (Ġw 14:1). Dan hu l-kliem li Ġesù jgħid lid-dixxipli tiegħu. Hawnhekk qegħdin fl-ewwel versi tal-Kapitlu 14 ta’ San Ġwann – diskors twil li jibqa’ sejjer sal-aħħar tal-Kapitlu 17. Ġesù jgħidilhom “tħallux qalbkom titħawwad”, għax ftit qabel kien qalilhom: “fejn sejjer jien, intom ma tistgħux tiġu” (Ġw 13:33). Din ħawdithom, u kien hemm dik ir-reazzjoni ta’ Pietru li qallu: jien lest li nagħti ħajti għalik, inkun miegħek dejjem… Kompli aqra »