Il-Kelma tal-Isqof Awżiljarju

Qalb ma’ qalb – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fis-Solennità tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-qalb hi dik li minnha naraw il-persuna x’tip hi jew fiex tinsab. Meta ġieli tisma’ fuq xi ħadd ‘qalbu sewda’, mhux għall-kulur iswed tal-qalb ikunu qed jgħidu, imma li bniedem dispjaċut; u meta ngħidu ‘qalbu tajba’, mhux għax il-qalb taħdem tajjeb ikunu qed jgħidu, imma għax hu bniedem kollu kemm hu ġeneruż.

Għalhekk, il-festa tal-lum tal-qalb ta’ Ġesù tistedinna nagħrfu min hu Ġesù għalina… Kompli aqra »

L-Ewkaristija: rigal mhux premju – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fis-Solennità tal-Ġisem u d-Demm ta' Ġesù

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Għalkemm ġieli nħawduhom, hemm differenza bejn premju u rigal. Premju jagħtuhulek għal xi ħaġa li tkun ħdimt għaliha u li ksibt, pereżempju għax tmur tajjeb ħafna f’eżami. Premju jagħtuhulek għax ikun ħaqqek, għax tkun stinkajt, għax ikun mertu tiegħek.

Rigal mhux hekk. Rigal – fis-sens proprju tal-kelma, għax kultant qlibna s-sens proprju tal-kliem – jagħtihulek xi ħadd bil-qalb, bi mħabba… Kompli aqra »

Mhux pjaċir li jgħaddi imma ferħ li jibqa’ – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fejn insibu l-veru ferħ f’ħajjitna? Din hi mistoqsija li, anke jekk kultant ma ngħiduhiex bil-
kliem, ħafna drabi imma qiegħda f’moħħna u f’qalbna. Aħna nixtiequ li jkollna mhux il-
pjaċir li jgħaddi imma l-ferħ li jibqa’.

Ġesù llum fl-Evanġelju jwieġeb din il-mistoqsija, meta tela’ fuq il-muntanja u lid-dixxipli
qalilhom dawn li aħna nsejħu l-Beatitudnijiet, jiġifieri dak li tassew jista’ jġib il-ferħ fil-ħajja
tagħhom… Kompli aqra »

Iħobb jistaqsi – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Lil Ġesù nafuh jgħallem, u f’diversi drabi kien hemm min għamillu mistoqsija, jew aktar minn waħda. Xi wħud staqsewh biex ikunu jafu iktar jew ikollhom l-affarijiet aktar ċari, kif għamlu d-dixxipli tiegħu; oħrajn, bħal xi Fariżej, biex jonsbuh jew biex jaqilgħu xi polemika. Imma mbagħad hemm drabi oħra fejn hu Ġesù li jagħmel mistoqsija jew aktar minn waħda; u jagħmilha mhux għax ma kienx jaf ir-risposta, imma aktar biex jgħin lin-nies jaħsbu u jwassal għall-punt li jixtieq jagħmel… Kompli aqra »

Fil-ġuf m’għandhomx xi ħaġa imma xi ħadd – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa taż-Żjara tal-Verġni Mqaddsa Marija

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

F’diversi ġrajjiet fl-Evanġelju tolqotna kif Marija hi dejjem fis-skiet u fil-kwiet. Meta dehrilha l-anġlu Gabrijel, u hi aċċettat li ssir omm Alla, hemm ċerta serenità li toħroġ mir-rakkont; anke meta naraw lil Marija taħt is-salib. L-Evanġelju jgħid li hi kienet “tgħożż f’qalbha” dak li qed tgħix. Hemm ċertu kwiet, skiet.

Lil Marija nsibuha differenti fir-rakkont tal-lum fejn narawha mgħaġġla… Kompli aqra »

It-Trinità: viżjoni għal ħajjitna – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa f'lejlet is-solennità tat-Trinità Qaddisa

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

Meta aħna niċċelebraw is-solennità tat-Trinita Qaddisa, qed nagħrfu lil Alla li hu wieħed fi tliet persuni – il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. Aħna nispjegaw dan bħala “misteru tal-fidi”. Issa kultant li jiġri  hu dan: li meta ħafna minna nisimgħu l-kelma “misteru”, għalina jfisser li hi ħaġa li ma tistax tifhimha. U għalhekk kultant diversi nies, ir-reazzjoni tagħhom hi: inutli, jekk ma nistax nifhem, ma nista nifhem, hu misteru… Kompli aqra »

The seamless garment of life

Message by Auxiliary Bishop Joseph Galea-Curmi

Fifty years ago, journalist Eileen Egan, borrowing from the biblical imagery of John 19:23, reportedly wrote: “the protection of life is a seamless garment. You can’t protect some life and not others.

The seamless garment of life is a metaphor for the reality that all of us share one life. It is an understanding that all of life is sacred, from womb to tomb, in the unborn and the dying, in the migrant at the risk of drowning and in the person who is a victim of domestic abuse, in the prisoner on death row and the mother in a coma… Kompli aqra »

Fiduċja f’Alla li tħalli l-frott f’kull staġun – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm minjiera ta’ tagħlim f’din is-silta mill-Evanġelju skont San Mark. Għall-bidu taħseb li Ġesù qam b’burdata ħażina, waħda wara l-oħra! Imma meta tara fil-fond din is-silta, li qiegħda wara d-daħla messjanika ta’ Ġesù f’Ġerusalemm, u issa li qed joqrob dejjem aktar lejn il-passjoni u l-mewt tiegħu, tara din it-tifsira kbira.

Speċjalment kif hemm ġo xulxin il-ġrajja ta’ Ġesù u s-siġra tat-tin – din il-ġrajja qiegħda maqsuma fi tnejn – u f’nofsha hemm il-ġrajja ta’ Ġesù fit-tempju… Kompli aqra »

Omm u Xbieha – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa b'tifkira ta' Marija, Omm u Xbieha tal-Knisja

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hu tassew f’waqtu li l-għada taċ-ċelebrazzjoni ta’ Għid il-Ħamsin, il-Knisja tiċċelebra t-tifkira ta’ Marija Omm u Xbieha tal-Knisja. Dawn iż-żewġ siltiet mit-Testment il-Ġdid juruna b’mod sabiħ ħafna kif Marija hi Omm u Xbieha tal-Knisja.

Għandna s-silta mill-Evanġelju skont San Ġwann, fejn Ġesù qiegħed fuq is-salib u hemm Marija ommu li takkumpanjah sal-aħħar. Fost l-aħħar kelmiet li jgħid Ġesù, lil Marija jgħidilha “hawn hu ibnek”, u lil Ġwanni “hawn hi ommok”, biex jagħti ’l ommu lilna lkoll… Kompli aqra »

Spirtu li joħloq – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa f'Għid il-Ħamsin

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Aħna nafu t-twelid tal-Knisja minn din il-ġrajja ta’ Għid il-Ħamsin meta, kif smajna fil-Kelma ta’ Alla, l-Ispirtu s-Santu niżel fuq l-appostli, imliehom bil-qawwa tiegħu, u huma ħarġu barra jagħtu xhieda ta’ Ġesù li hu ħaj.

Nixtieq li nħarsu lejn din il-ġrajja hekk importanti u għażiża għalina lkoll li nemmnu f’Ġesù, u naraw x’tgħidilna għall-ħajja tagħna llum.

Don

L-ewwel nett, l-Ispirtu s-Santu hu don, rigal ta’ Alla… Kompli aqra »