Fidi li tiftaħ is-soqfa – L-Isqof Galea-Curmi
15/01/2021 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Żgur li kull min kien preżenti għal din il-ġrajja li jirrakkonta San Mark fl-Evanġelju tiegħu baqa’ mbellah b’dak li ra. Kien hemm dawk in-nies kollha, ġewwa u barra; imbagħad ħin minnhom fetħu s-saqaf u mit-toqba rawhom iniżżlu lill-mifluġ quddiem Ġesù. Naħseb qam għagħa sħiħ. Kienet ġurnata li żgur ma jinsewx! Speċjalment imbagħad meta dak ir-raġel li niżżluh hekk, ħareġ ’il barra mill-bieb jimxi… Kompli aqra »