Il-Kelma tal-Isqof Awżiljarju

It-twelid ġdid li jiġi minn Alla – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa offruta għar-residenti u l-ħaddiema tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Nikodemu kien Fariżew. Imma kien differenti minn uħud minn sħabu l-Fariżej.

Nafu, speċjalment mill-Evanġelju ta’ San Ġwann, kif il-Fariżej, meta kienu jiltaqgħu ma’ Ġesù, kienu jagħmlulu ħafna mistoqsijiet. Imma l-intenzjoni tagħhom ma kinetx biex isiru jafu, imma kemm-il darba staqsew lil Ġesù biex jonsbuh, jew inkella biex jidħlu f’dibattitu miegħu. Ġesù mal-Fariżej ħafna drabi sab qisu ħajt; ras iebsa u qalb magħluqa… Kompli aqra »

Il-pjagi miftuħa ta’ Ġesù Rxoxt illum – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa fil-festa tal-Ħniena Divina

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Imbeżżgħa … bil-bibien magħluqa”. Hekk kienu d-dixxipli miġbura flimkien: imbeżżgħa u bil-bibien magħluqa. Kienu qishom qed jagħmlu self-isolation bħala grupp mhux għaliex fil-pajjiż kien hemm lockdown, jew għaliex kien hemm xi periklu bħalma għandna aħna llum – u għalhekk noqogħdu ġewwa – imma għax kienu mbeżżgħa minn dawk in-nies li lil Ġesù kienu wassluh għall-passjoni u l-mewt tiegħu… Kompli aqra »

Biex Kristu jkun tassew il-ġebla tax-xewka – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa offruta għar-rispett u t-tolleranza lejn il-bnedmin kollha

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Il-ġebla li warrbu l-bennejja saret il-ġebla tax-xewka”. Hekk għedna fis-Salm illum, u hekk smajna lil Pietru fl-ewwel qari mill-Atti tal-Appostli, jgħid lill-kapijiet, lix-xjuħ u lill-kittieba meta staqsewh b’liema qawwa u f’isem min qed jagħmel dak li qed jagħmel, hu u l-appostli. Hu qalilhom: Fl-isem ta’ Ġesù ta’ Nazaret, li intom qtiltuh imma Alla qajmu mill-imwiet. Qalilhom: “Din hi l-ġebla li intom il-bennejja warrabtu u li saret il-ġebla tax-xewka”… Kompli aqra »

Qalb miftuħa għal Ġesù ħaj – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa offruta għat-tliet vittmi tal-COVID-19

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Kemmxa flus ġmielha”. Dan kien li l-qassisin il-kbar u x-xjuħ taw lill-għases biex jivvintaw storja ħa jagħmlu cover-up, ħa jgħattu l-ġrajja tal-qawmien ta’ Ġesù.

Il-ġrajja tal-qawmien fil-fatt hi ġrajja fundamentali għall-fidi tagħna. Naraw kif toħloq reazzjonijiet differenti: hawn għandna l-kuntrast fl-Evanġelju bejn dawk li kellhom qalbhom magħluqa, anzi kif juri l-Evanġelju, qalb korrotta; u dawk li kellhom qalb miftuħa, u aċċettaw u laqgħu lil Kristu ħaj… Kompli aqra »

Iż-żerriegħa ta’ ħajja ġdida – L‑Isqof Galea‑Curmi

Vġili Solenni tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Bdejna din il-Vġili tal-Għid fid-dlam. U kien fid-dlam ukoll meta ż-żewġ nisa, kif smajna fir-rakkont tal-Evanġelju skont San Mattew, marru fejn il-qabar ta’ Ġesù. Kien fid-dlam meta qed jibda jżernaq il-jum. Ma marrux hemmhekk bit-tama li jarawh ħaj. Marru hemmhekk sforz l-imħabba kbira li kellhom lejh, huma li kienu tant qrib tiegħu fil-ħajja. Huma li kienu semgħu l-kelma tiegħu, kienu qrib tiegħu, baqgħu fidili lejh sal-aħħar, sa taħt is-salib, huma li xtaqu li qatt ma jgħaddu minn din l-esperjenza tal-firda daqshekk kiefra li Ġesù mhux biss imut imma jkun maqtul b’dak il-mod terribbli… Kompli aqra »

Imseħbin ma’ Kristu fil-qawmien tiegħu – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa tal-Għid il-Kbir tal-Mulej

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Dakinhar li b’ġebla kbira għalqu l-qabar li qiegħdu fih il-ġisem mejjet ta’ Ġesù, u riedu wkoll iqiegħdu l-għases – qisu l-qabar kellu bżonn is-security – biex ikunu żguri li qatt aktar ma jisimgħu l-kelma ta’ Ġesù jew b’xi mod jew ieħor ikollhom x’jaqsmu miegħu, dakinhar ħafna min-nies ħasbu li dak kien it-tmiem tal-istorja ta’ Ġesù Kristu. Kien għadda minn dik il-passjoni sħiħa, mill-mewt… Kompli aqra »

Esperjenza ta’ tagħlim – L-Isqof Galea-Curmi

The Coronavirus pandemic has triggered all sorts of emotions: anger, deep sadness, frustration, resentment, anxiety, fear of the uncertainty… Understandably so. It is terrible to witness so many deaths all over the world amidst the rapid spread of the virus.

This particular moment in time could also serve as a learning experience, one that helps us read the signs of the times. Allow me to share a few points for reflection… Kompli aqra »

“‘Kollox hu mitmum’ ma jfissirx li spiċċa kollox” – L‑Isqof Galea‑Curmi

L‑Azzjoni Liturgika tal‑Passjoni u l‑Mewt tal‑Mulej

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Ir-rakkont tal-Passjoni skont San Ġwann jibda bi ġnien u jispiċċa bi ġnien.

Fil-fatt, proprju fil-bidu nett, meta Ġesù kien mad-dixxipli tiegħu, ir-rakkont jgħid li kien hemm ġnien fejn ġieli kien imur Ġesù, u hemm mar flimkien mad-dixxipli. Kien hemmhekk li ġew is-suldati u l-għases tal-Lhud, flimkien ma’ Ġuda. Kien f’dan il-ġnien li seħħ it-tradiment, li Ġuda ttradih u Ġesù ġie arrestat… Kompli aqra »

Il-kreattività fil-qadi – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa f'Ħamis ix-Xirka

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Ġesù ħabbhom sal-aħħar. Parti minn din l-espressjoni tal-imħabba tiegħu kienet li jagħti xi xokkijiet lid-dixxipli tiegħu. Hawn, f’din is-silta, jagħtihom tnejn, xokk ikbar mill-ieħor.

L-ewwel meta hu stess niżel jaħsel saqajn id-dixxipli, u bir-raġun ħaduha bi kbira, bħalma jgħidlu Pietru. Din qatt ma kienet issir. Setgħu qalulu: ‘Qatt ma għamilna hekk, qatt ma ħdimna b’dal-mod’. Imma hu hemmhekk ried jispjegalhom l-iktar ħaġa importanti: li hu sar bniedem biex jingħata… Kompli aqra »

M’għandna qatt naqtgħu qalbna mill-ħniena ta’ Alla – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa offruta għal dawk bi problemi fiż-żwieġ u dawk li ma jistgħux jaraw lil uliedhom

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Tletin biċċa tal-fidda kien il-flus li l-qassisin il-kbar taw lil Ġuda biex jistgħu jieħdu lil Ġesù. Tletin biċċa tal-fidda kien il-prezz li kien bih stmat skjav fl-Antik Testment. Daqshekk stmaw lil Ġesù l-qassisin il-kbar!

Kien inqas mill-prezz tal-fwieħa li Marija kienet użat biex dilket riġlejn Ġesù, u dakinhar Ġuda l-Iskarjota kien ilmenta u qal: kieku l-fwieħa nbigħet, il-flus setgħu ngħataw lill-foqra… Kompli aqra »