Messaġġ tal-Arċisqof waqt il-Vġili ta’ Pentekoste
12/06/2014-
Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid
7 ta’ Ġunju 2014Ħuti, naħseb li lkoll tafu li l-Papa qalilna biex f’Pentekoste nitolbu ħafna għalih għaliex għada se jiltaqgħu dawk li jmexxu f’Israel u dawk li jmexxu fil-Palestina biex jitolbu mal-Papa quddiem il-Mulej. U jiena naħseb li din hija diġa forma ta’ miraklu min-naħa tal-Ispirtu s-Santu. Minn qatt, anke minna, basar li wara ħamsin sena li kienu ilhom bi ġlied bejniethom jiġi l-Papa Franġisku u jgħidilhom: ‘isma’ imma intom ma uzajtux kollox biex ikollkom il-paċi…