Stqarrijiet għall-Istampa

L-Arċidjoċesi tilqa’ r-riżultat pożittiv li jippromwovi d-dritt għall-ħajja

L-Arċidjoċesi ta’ Malta tixtieq tirringrazzja lill-Gvern talli sema’ t-tħassib li tqajjem dwar l-ewwel abbozzi tal-emenda proposta.

L-Arċidjoċesi tixtieq tirringrazzja wkoll lil kull min ikkontribwixxa għal dan ir-riżultat pożittiv, li jkompli jħaddan kultura ta’ għożża li tippromwovi d-dritt għall-ħajja ta’ kull persuna u fl-istess waqt tirrispetta l-valuri ta’ appoġġ u solidarjetà, speċjalment għan-nisa tqal f’diffikultà. Kompli aqra »

L-Isqfijiet idaħħlu mill-ġdid l-obbligu tal-Quddiesa tal-Ħadd

L‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex formalment daħħlu mill-ġdid l‑obbligu għall‑Insara biex jattendu l‑Quddiesa tal‑Ħadd wara li temmew id‑dispensa li ngħatat minħabba l‑pandemija tal‑COVID‑19.

F’messaġġ pastorali li se jinqara fil‑knejjes kollha fi tmiem il‑ġimgħa, hekk kif il-Knisja tfakkar il-Festa Solenni tal‑Ewkaristija Mqaddsa, l‑Isqfijiet qalu li l‑istruzzjoni l‑ġdida meħtieġa mil‑Liġi Kanonika, tidħol fis‑seħħ mill-Ħadd 18 ta’ Ġunju 2023 u tapplika għal dawk kollha li fiżikament jistgħu jipparteċipaw fiċ-ċelebrazzjoni tal‑quddiesa… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Scicluna f’Ġunju 2023

Matul ix‑xahar ta’ Ġunju, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra l‑quddies ta’ matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

Riflessjoni tal-Kummissjoni Ambjent għal Jum l-Ambjent 2023

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ambjent, li jitfakkar bħal-lum 5 ta’ Ġunju, il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tagħti ġieħ lill-għaqdiet ambjentali volontarji, sindki u kunsilliera u mijiet ta’ ċittadini Maltin li jagħtu sehemhom għall-ħarsien tal-ambjent u l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini kollha li jgħixu f’Malta u Għawdex.

Il-Kummissjoni tħeġġeġ ukoll lill-politiċi biex jaħdmu għall-ġid komuni waqt li għadhom fil-poter biex jagħmlu t-tibdiliet meħtieġa.

F’dan il-jum il-Kummissjoni tfakkar li l-istrateġiji li jħarsu l-ambjent u l-biedja qed ikunu “imminati minn proċess ta’ ppjanar li ma jsostnihomx”… Kompli aqra »

Mark Pellicano jinħatar Kap tas‑Safeguarding Commission

L‑Arċisqof Charles Scicluna ħatar lil Mark Pellicano bħala l‑kap il‑ġdid tas‑Safeguarding Commission tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, li tinvestiga każijiet ta’ abbuż fi ħdan il‑Knisja u tippromwovi l‑benesseri tat‑tfal u tal‑adulti vulnerabbli.

Is-Sur Pellicano, li kien Senior Manager tas-Servizzi tat-Tfal fi ħdan Fondazzjoni Sebħ – organizzazzjoni tal-Knisja li toffri residenzi lil tfal li ma jkunux jistgħu jibqgħu jgħixu mal-familji tagħhom – għandu esperjenza estensiva f’dan il-qasam minħabba li okkupa diversi karigi, kif ukoll huwa lettur fil-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà fl-Università ta’ Malta… Kompli aqra »

Is-sitt volum ta’ ‘Kelma ta’ Ħabib’

Il-ktieb bl-omeliji u d-diskorsi tal-Arċisqof Charles Scicluna

It-talba għall-għaqda tal-pajjiż u li nkunu soċjetà iktar akkoljenti huma wħud mit-temi li jirrifletti fuqhom l-Arċisqof Charles Jude Scicluna fis-sitt volum ta’ ‘Kelma ta’ Ħabib’. Dan il-ktieb jiġbor fih l-omeliji u d-diskorsi tal-Arċisqof fis-sitt sena tiegħu bħala Arċisqof ta’ Malta.

Din l-edizzjoni hi differenti minn ta’ qabilha minħabba li l-maġġoranza tal-omeliji mill-Arċisqof saru waqt li d-dinja kienet maħkuma mill-pandemija COVID-19, li minbarra li pposponiet b’sentejn iż-żjara appostolika tal-Papa Franġisku f’Malta, bidlet il-mod ta’ kif il-Kelma ta’ Alla bdiet tasal direttament fid-djar tan-nies.  L-appell kontinwu tal-Arċisqof matul l-eqqel tal-pandemija kien biex fi żminijiet diffiċli ma nitilfux it-tama, nieħdu ħsieb ta’ xulxin bi kwalunkwe mod possibbli u ma ninsewx lil dawk li huma fl-akbar bżonn. Fl-omeliji tiegħu, l-Arċisqof appella biex l-istituzzjonijiet tal-pajjiż jiġu megħjuna sabiex jagħmlu d-doveri tagħhom u jipprovdu ġustizzja, informazzjoni sħiħa, u verità… Kompli aqra »

Is-saċerdoti jirriflettu dwar il-qawwa tal-liturġija f’soċjetà sekulari

Aġġornament tal-Kleru 2023

‘Lejn liturġija li tattirana u tbiddilna’ huwa s-suġġett li ntagħżel għall-Aġġornament tal-Kleru 2023 sabiex is-saċerdoti djoċesani u reliġjużi jifhmu b’mod aħjar kif il-liturġija, jiġifieri ċ-ċelebrazzjonijiet kollha tal-Knisja li fihom l-Insara jagħtu qima lil Alla, tkabbar fihom u fil-poplu ta’ Alla l-ispirtu ta’ talb, u b’mod partikulari li l-Liturġija twassal għal-laqgħa ma’ Kristu Rxoxt.

Għal dawn it-tlitt ijiem ta’ diskussjoni ġie mistieden Fra Goffredo Boselli bħala l-kelliem ewlieni… Kompli aqra »

10 adulti se jirċievu s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof

Nhar il-Ħadd li ġej, festa tal-Għid il-Ħamsin (Pentekoste), għaxar persuni adulti se jirċievu s-sagrament tal-griżma tal-isqof. Dawn il-persuni ġejjin minn pajjiżi differenti, fosthom Malta, l-Indja, il-Pakistan, u l-Italja. Huma se jiġu kkonfermati fil-fidi tagħhom mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi waqt quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Lunzjata f’Ħal Balzan, fis-6:30pm. 

L-għaxar kandidati ilhom għal dawn l-aħħar xhur jitħejjew minn katekisti li jagħmlu parti mill-Ministeru għall-Bidu tal-Ħajja Nisranija tal-Adulti fi ħdan l-Arċidjoċesi ta’ Malta… Kompli aqra »

L-ordinazzjoni ta’ djaknu ġdid fil-parroċċa Griega-Kattolika Maltija

Nhar il-Ħadd li ġej, 21 ta’ Mejju 2023, il-parroċċa Griega-Kattolika f’Malta se jkollha djaknu ġdid. L-ordinazzjoni djakonali tas-suddjaknu Jesmond Schembri se ssir bil-barka tal-Arċisqof Charles Scicluna u bit-tqegħid tal-idejn ta’ Mons. Manuel Nin O.S.B., Eżarka Appostoliku tal-Greċja u Isqof Titulari ta’ Carcabia. Il-quddiesa tal-ordinazzjoni se ssir fil-Knisja ta’ San Nikola ta’ Mira (Tal-Erwieħ), il-Belt Valletta fid-9.00 a.m.

Is-suddjaknu Jesmond Schembri hu mill-Parroċċa Griega-Kattolika ta’ Sidtna Marija ta’ Damasku, il-Belt Valletta… Kompli aqra »

Stqarrija mill-Arċidjoċesi ta’ Malta

F’blog riċenti fuq il-website tiegħu, Simon Mercieca, Professur tal-Istorja fl-Università ta’ Malta, allega li l-Arċisqof Charles Scicluna hu membru tal-Opus Dei.

Dan hu totalment falz.

Għall-kuntrarju tal-allegazzjonijiet qarrieqa li għamel Prof. Mercieca, l-Arċisqof Charles Scicluna mhuwiex, u qatt ma kien, membru tal-Opus Dei. Kompli aqra »