Stqarrijiet għall-Istampa

Il-Live-in tal-Kappillani 2023: Il-ferħ li tkun saċerdot’

Il-kappillani tal-Arċidjoċesi ta’ Malta rriflettew fuq it-tema ‘Il-ferħ li tkun saċerdot’ waqt il-live-in annwali. Din is-sena l-live-in, li sar il-Mellieħa, kien iktar ibbażat fuq stil ta’ diskussjoni bit-tir li l-kappillani jkomplu jsaħħu r-relazzjoni bejniethom. Fil-fatt din is-sena l-parteċipanti kienu bilqiegħda madwar mejda u għalhekk kellhom iktar ċans jiddiskutu l-punti li tqajmu bejniethom kif ukoll kuljum ħadu sehem f’sessjonijiet ta’ team building. 

Matul dawn it-tlitt ijiem ta’ riflessjoni u diskussjoni, diversi kelliema u esperti għenu lill-kappillani jifhmu kif jistgħu jieħdu ħsieb dak li jagħmilhom kuntenti bħala saċerdoti kif ukoll jittrasmettu dan il-ferħ, kif jieħdu ħsieb tagħhom infushom u ta’ kappillani oħra billi jżommu kuntatt magħhom, kif ukoll jieħdu ħsieb tas-saċerdoti li jaħdmu fil-parroċċi tagħhom… Kompli aqra »

Ftehim kollettiv ġdid għall-impjegati tal-Kurja tal-Arċisqof

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Il-Kurja tal-Arċisqof u l-Union Ħaddiema Magħqudin innegozjaw u kkonkludew ftehim kollettiv ġdid għall-impjegati tal-Kurja u t-Tribunal Ekkleżjastiku li jkopri s-snin 2023-2025. Dan il-ftehim ġie ffirmat nhar it-12 ta’ Jannar mis-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, is-Sur Michael Pace Ross u l-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers, is-Sur Josef Vella. Dan il-ftehim jirrikonoxxi l-kompetenza, l-esperjenza u fuq kollox il-lealtà tal-impjegati eżistenti, filwaqt li għandu l-iskop li jattira talent ġdid… Kompli aqra »

Ġimgħa ta’ talb għall-għaqda fost l-Insara 2023

Mill-Erbgħa 18 ta’ Jannar 2023, l-Insara kollha madwar id-dinja se jiċċelebraw il-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara li se tintemm l-Erbgħa 25 ta’ Jannar. Matul din il-ġimgħa, il-Knejjes differenti jingħaqdu għal talb ekumeniku biex isseħħ l-għaqda fost l-Insara. It-tema ta’ din is-sena hi meħuda mill-ktieb tal-Profeta Iżaija: “Agħmlu t-tajjeb; fittxu s-sewwa” (1:17). Din is-sena, it-tema u l-materjal ta’ talb tħejja mill-Kunsill tal-Knejjes fl-istat ta’ Minnesota, fl-Istati Uniti tal-Amerika… Kompli aqra »

L-Arċisqof jaħtar delegat ġdid għall-Kultura

L-Arċisqof Charles Scicluna ħatar lil Dun Claude Portelli bħala Delegat għall-Kultura, bir-responsabbiltà wkoll tar-riġenerazzjoni tal-Istitut Kattoliku, fil-Furjana. Monsinjur Arċisqof irringrazzja lil Mons. Ġwann Galea ta’ 22 sena servizz bħala direttur tal-Istitut Kattoliku.

Dun Claude rċieva l-formazzjoni edukattiva tiegħu fil-Kulleġġ St Edward’s, il-Birgu. Huwa rċieva l-formazzjoni saċerdotali fis-Seminarju tal-Arċisqof tal-Virtù kif ukoll fil-fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta, fejn iggradwa fil-Liċenzjat fit-Teoloġija Pastorali. Huwa ġie ordnat saċerdot fit-28 ta’ Lulju 2002… Kompli aqra »

Il-Parroċċa ta’ Fleur-de-Lys tgħaddi f’idejn l-Arċidjoċesi ta’ Malta

L-Arċidjoċesi ta’ Malta u l-Provinċja Maltija tal-Ordni tal-Aħwa tal-Karmelu temmew il-proċess li bih l-Provinċja Karmelitana qed tgħaddi l-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu fi Fleur-de-Lys u l-kumpless anness magħha lill-Arċidjoċesi ta’ Malta għall-użu pastorali tal-istess parroċċa. Mit-Tnejn 9 ta’ Jannar 2023, il-kura pastorali tal-poplu t’Alla miġbur fil-parroċċa ta’ Fleur-de-Lys ser taqa’ taħt ir-responsabiltà diretta tal-Kleru djoċesan. L-Arċisqof Charles Scicluna qed jaħtar lil Dun Darren Pace bħala amministratur parrokkjali ta’ din il-parroċċa… Kompli aqra »

Quddiesa fl-Epifanija bil-preżentazzjoni tan-Nunzju Appostoliku l-ġdid Savio Hon Tai-Fai

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

Nhar il-Ħadd li ġej fid-9.30 a.m. Mons. Arċisqof Savio Hon Tai-Fai se jqaddes quddiesa fis-solennità tal-Epifanija tal-Mulej fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Jikkonċelebraw l-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi. Dakinhar Mons. Hon Tai-Fai se jkun preżentat bħala n-Nunzju Appostoliku l-ġdid tas-Santa Sede għal Malta. Kulħadd huwa mistieden jattendi għall-quddiesa biex jagħtih merħba.

Mons. Savio Hon Tai-Fai, bħala nunzju, għandu r-responsabbiltà li jirrappreżenta l-Papa mal-Knisja f’Malta u Għawdex, kif ukoll mal-awtoritajiet ċivili… Kompli aqra »

Quddiesa b’suffraġju għall-Papa Emeritu Benedittu XVI

Nhar l-Erbgħa li ġej, 4 ta’ Jannar 2023, l-Arċisqof Charles Jude Scicluna se jiċċelebra quddiesa De Requiem għall-Papa Emeritu Benedittu XVI fis-6:30 p.m. fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.

Kulħadd mistieden jattendi għal din iċ-ċelebrazzjoni. Is-saċerdoti huma mistiedna wkoll jikkonċelebraw f’din il-quddiesa.

Il-quddiesa se tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

L-għada l-Ħamis 5 ta’ Jannar, l-Arċisqof se jirrappreżenta lill-Knisja f’Malta fil-funeral tal-Papa Emeritu li se jsir fi Pjazza San Pietru, il-Vatikan… Kompli aqra »

Għożża, Kenn u Faraġ

Il-messaġġ tal-Milied mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-sena xtaqt li nwassal il-messaġġ għal dawn il-jiem qaddisa tal-Milied minn knisja ċkejkna, imma għażiża ħafna għalina l-Maltin u l-Għawdxin. Qiegħed fil-knisja tal-Griegi, kif nafuha, fi Triq l-Arċisqof il-Belt Valletta, mhux ’il bogħod, anzi ftit passi ’l bogħod mill-Palazz tal-Gran Mastru, is-sede uffiċjali tal-President tar-Repubblika.

F’din il-knisja, li hi afdata lill-komunità tal-Griegi Kattoliċi Maltin, għandna ikona prezzjuża ħafna li ilha fostna mill-1530, kważi 500 sena u ġabuha l-Kavallieri magħhom, ġabitha familja li ġiet mal-Kavallieri mill-gżira Griega ta’ Rodi… Kompli aqra »

Appell dwar każ li jinvolvi żewġ studenti fi skola tal-Knisja

Stqarrija mis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija

Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija jirreferi għall-artikli fil-media dwar il-każ ta’ żewġ aħwa li jattendu l-Kulleġġ San Albert il-Kbir. Is-Segretarjat, il-Kulleġġ u d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Minuri ilhom jaħdmu biex tinstab soluzzjoni għas-sitwazzjoni li jinsabu fiha t-tfal msemmija. Is-Segretarjat huwa infurmat li d-Direttorat qed jagħmel dak kollu possibbli biex jindirizza din is-sitwazzjoni fl-aħjar interess tal-istudenti kif isir f’każijiet bħal dawn.

Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija jappella għal sensittività f’każijiet li jinvolvu minuri u persuni vulnerabbli fl-aħjar interess ta’ dawk kollha kkonċernati… Kompli aqra »

550 persuna se jattendu għall-Ikla tal-Milied minn Caritas Malta

L-Ikla tal-Milied lura fil-Kurja tal-Arċisqof

Fil‑Kurja tal‑Arċisqof fil‑Furjana bħalissa għaddejjin l‑aħħar preparamenti għall‑ikla annwali tal‑Milied sabiex f’nhar il‑Milied tilqa’ madwar 550 persuna li għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli jew kienu se jqattgħu l‑Milied weħidhom. Din hi l‑ewwel darba, wara waqfien ta’ sentejn minħabba l‑pandemija, li Caritas Malta qed terġa’ torganizza l‑Ikla tal‑Milied.  

Waqt il‑konferenza tal‑aħbarijiet fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Vigarju Episkopali għad‑Djakonija Mons. Charles Cordina, spjega kif “il‑Kurja nqisuha bħala d‑Dar tal‑Arċisqof, fejn issir ħafna mill‑ħidma u l‑amministrazzjoni ċentrali tal‑Arċidjoċesi… Kompli aqra »