Stqarrijiet għall-Istampa

Kandidat ġdid għas-saċerdozju

Seminarist fil-ħames sena ta’ preparazzjoni fis-Seminarju tal-Arċisqof se jitlob lill-Arċisqof Charles Scicluna biex jaċċettah bħala kandidat għall-Ordinazzjoni Djakonali u Saċerdotali. Din iċ-ċelebrazzjoni ser issir nhar il-Ħamis, 8 ta’ Diċembru 2022, waqt il-quddiesa fil-festa tal-Kunċizzjoni fil-kappella tas-Seminarju, Tal-Virtù fid-9:30 a.m.

Matthew Sammut mill-Parroċċa ta’ Kristu Rxoxt, Pembroke, ser jistqarr pubblikament ir-rieda tiegħu li joffri lilu nnifsu lill-Knisja biex iservi bħala saċerdot.

Filwaqt li jilqgħu b’ferħ, Mons… Kompli aqra »

Il-Patrijarka Bartilmew I bi żjara storika f’Malta

Il‑Patrijarka Bartilmew I mal-Papa Franġisku matul l-aħħar vjaġġ appostoliku fil-Bahrain. Ritratt: Vatican Media

Il‑Qdusija Tiegħu Bartilmew I, Arċisqof ta’ Kostantinopli u ta’ Ruma l‑ġdida, u Patrijarka Ekumeniku, se jagħmel żjara storika f’Malta l‑ġimgħa d‑dieħla, fejn se jiltaqa’ mar‑refuġjati kif ukoll mal‑komunità Nisranija Ortodossa mdaqqsa fil‑pajjiż.

Il‑Patrijarka Bartilmew I, li se jżur il‑pajjiż bejn l‑4 u s‑7 ta’ Diċembru 2022 fuq l‑istedina tal‑Arċisqof Charles Scicluna, se jiltaqa’ mal‑President ta’ Malta, mal‑Konferenza Episkopali Maltija, kif ukoll ma’ residenti fil‑Faċilità Korrettiva ta’ Kordin… Kompli aqra »

Aktar minn 1,800 post vakanti għall-istudenti fl-iskejjel tal-Knisja

Ir-regolamenti għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta għas-sena skolastika 2023-2024 jinsabu fuq il-websajt tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. Ir-regolamenti għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Għawdex se jkunu online sal-25 ta’ Novembru 2022.

B’kollox ser ikun hemm 1,852 post vakanti għall-istudenti (1,601 f’Malta u 251 f’Għawdex). L-applikazzjonijiet se jsiru kollha online. L-applikazzjonijiet tal-‘Ewwel Kriterju’ għal Malta jsiru bejn l-24 ta’ Novembru u l-1 ta’ Diċembru 2022 waqt li dawk għal Għawdex ikunu bejn id-9 ta’ Diċembru u l-15 ta’ Diċembru 2022… Kompli aqra »

23 għaqda jappellaw għall-bżonn urġenti li tiġi rregolata s-sitwazzjoni ta’ “free for all” fl-użu tal-Kannabis

L-iżviluppi riċenti madwar il-ħatra ta’ Chairperson Eżekuttiv ġdid tal-Awtorità tal-Kannabis jikkonfermaw ir-riżervi qawwija tagħna li l-Gvern daħħal leġiżlazzjoni b’impatt kbir fuq is-soċjetà b’mod mgħaġġel u mingħajr ma ħoloq strutturi effettivi biex il-liġi tiġi implimentata.

Sena wara li ġiet approvata l-liġi, il-perċezzjoni li l-użu tal-kannabis fis-soċjetà tagħna sar “free for all” żdiedet b’mod drammatiku filwaqt li jispikka n-nuqqas tal-istrutturi kkontemplati mil-liġi biex jirregolaw.

L-għaqdiet hawn taħt iffirmati jesprimu t-tħassib tagħhom li, wara l-isforz qawwi li sar biex tgħaddi il-liġi, il-Gvern ma weriex l-istess rieda biex jinvesti fir-riżorsi meħtieġa biex titwaqqaf Awtorità b’saħħitha li timplimenta l-liġi b’mod serju u responsabbli… Kompli aqra »

Assemblea 2022: Inkunu qrib ta’ xulxin bl-istil tal-Evanġelju

Jitnieda l-proċess ‘Knisja li Takkumpanja’ fl-Assemblea Djoċesana 2022

L-Arċidjoċesi ta’ Malta nediet it-tielet sena ta’ proċess ekkleżjali ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed: Knisja li Takkumpanja’. Dan sar waqt l-Assemblea Djoċesana annwali, fejn instemgħu esperjenzi varji dwar kif il-Knisja qed takkumpanja lin-nies fid-diversi ċirkustanzi ta’ ħajjithom. L-esperjenzi kienu jinkludu akkumpanjament li jsir fl-iskejjel mal-istudenti, l-għalliema, l-ġenituri u l-impjegati; u akkumpanjament fil-parroċċi fosthom mal-familji u ma’ dawk li ġarrbu xi telfa; u akkumpanjament mas-saċerdoti stess.

Dwar il-fażi ta’ akkumpanjament, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, qal: “Il-ħsieb hu li ngħinu biex l-oqsma differenti tal-Knisja f’Malta matul is-sena d-dieħla joħorġu b’inizjattivi kreattivi u siewja fejn jidħol l-akkumpanjament… Kompli aqra »

L-aħħar żewġ Arazzi jirritornaw Malta wara r-restawr

Nhar it-Tnejn 14 ta’ Novembru 2022, żewġ arazzi uniċi minsuġa fuq id-disinn tal-artist ta’
fama mondjali Peter Paul Rubens irritornaw Malta wara restawr li sarilhom fil-Belġju. Iż-żewġ arazzi li jiffurmaw minn sett ta’ disa’ u għoxrin, kienu l-aħħar żewġ arazzi li ntbgaħtu għar-restawr fl-2017. Huma juru xena tal-Annunzazzjoni ta’ Marija, u l-Erba’ Evanġelisti. Dan is-sett ġie trasportat lejn Malta grazzi għal Challenge Group, konglomerazzjoni internazzjonali tal-merkanzija bl-ajru li qed jopera għall-ewwel darba f’Malta… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet djoċesani fil-festa ta’ Kristu Re

L-Assemblea Djoċesana 2021

Nhar il‑Ħadd li ġej il‑Knisja f’Malta se tiċċelebra l‑festa ta’ Kristu Re. B’rabta ma’ din il‑festa hekk importanti għall‑Knisja Kattolika, fil‑jiem li ġejjin il‑Knisja f’Malta se tiċċelebra tliet ċelebrazzjonijiet djoċesani importanti. Din is‑sena l‑Assemblea Djoċesana se terġa’ ssir fuq jumejn waqt li se jerġa’ jiġi ċċelebrat lokalment il‑Jum Dinji taż‑Żgħażagħ.

L‑Assemblea Djoċesana

Għada l‑Ħamis 17 ta’ Novembru u l‑Ġimgħa 18 ta’ Novembru, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta ser tlaqqa’ l‑Assemblea Djoċesana li ser tkun ippreseduta mill‑Arċisqof Charles Scicluna… Kompli aqra »

L-ERA għandha tingħata veto fuq l-ippjanar

Stqarrija mill-Kummissjoni Ambjent għall-Jum Dinji tal-Ippjanar Urban 2022

Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) qed titlob lill-awtoritajiet biex jagħtu veto lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fuq f’deċiżjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ pjanijiet ta’ żvilupp, policies ta’ ppjanar u applikazzjonijiet għal żvilupp li jkollhom effett sinifikanti fuq il-kwalità tal-ħajja.

Il-Kummissjoni temmen li din is-setgħa ta’ veto għandha tingħata wkoll lill-Awtorità li se titwaqqaf biex tkun responsabbli mir-raba’.

Fi stqarrija fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għall-Ippjanar Urban, il-Kummissjoni qalet li waqt li tilqa’ l-abbozz tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Ambjent 2050 (NSE 2050) u l-White Paper dwar ir-Riforma fil-Qasam tar-Raba’, is-suċċess ta’ dawn iż-żewġ inizjattivi jiddependu ferm fuq qafas ta’ ppjanar tal-użu tal-art li jsostnihom… Kompli aqra »

Inawgurat il-Caritas Community Centre

  Il-Caritas Community Centre, il-Balata l-Bajda

Illum ġie inawgurat il‑Caritas Community Centre fil‑Blata l‑Bajda, il-binja l-ġdida minn fejn il-Caritas se tkun qed tkompli toffri s-servizzi u l-għajnuna tagħha lil kull min ikollu bżonn.

Iċ-ċentru ġie inawgurat mill‑Arċisqof Charles Scicluna u l‑Prim Ministru Robert Abela. Il‑binja taċ‑ċentru, li hi propjetà tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, ingħatat lil Caritas Malta b’titlu ta’ ċens għal 65 sena u l‑proġett sar b’investiment ta’ kważi €5 miljun bejn l‑Arċidjoċesi, Alfred Mizzi Foundation, il‑Malta Community Chest Fund, u l‑Kunsill Malti għas‑Settur tal‑Volontarjat u fondi Ewropej fosthom il-Fond Soċjali u għall-Iżvilupp Nazzjonali (NDSF)… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Novembru 2022

Matul ix‑xahar ta’ Novembru, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra l‑quddies ta’ matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m., mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta…
  • Kompli aqra »