Rapport Finanzjarju 2020: Tnaqqis drastiku mill-ġbir fil-knejjes b’effett tal-pandemija
05/08/2021Fl‑2020, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta, li tiġbor fiha iktar minn 100 entità u timpjega iktar minn 1,300 persuna, irreġistrat tnaqqis drastiku fis‑surplus minn €3.5 miljun fis‑sena 2019 għal €1.2 miljun fis‑sena 2020. Iż‑żewġ fatturi ewlenin li kkontribwixxew għas‑surplus kienu d‑dħul ta’ darba f’ishma li rċeviet Fondazzjoni Sebħ, kif ukoll wirtijiet li rċevew id‑Dar tal‑Providenza u d‑Dar tal‑Kleru.
Dan tħabbar mis‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, Michael Pace Ross, waqt konferenza tal‑aħbarijiet fil‑Kurja tal‑Arċisqof fejn qal li l‑pandemija ġabet magħha sfidi finanzjarji kbar… Kompli aqra »