Jitlesta r-restawr fil-Bażilika ta’ Raħal Ġdid u fil-Knisja ta’ Ħal Tarxien
Proġetti oħra b'kofinanzjament minn fondi Ewropej
19/02/2021Ġew inawgurati żewġ proġetti ta’ restawr fil‑Bażilika Minuri ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid u fil‑Knisja Arċipretali tal‑Lunzjata f’Ħal Tarxien. Dawn il‑proġetti, b’kofinanzjament ta’ 80% minn fondi tal‑Unjoni Ewropea, saru b’investiment ta’ aktar minn €400,000. Il‑proġetti ġew inawgurati llum mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi u mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi. Preżenti wkoll għall‑konferenza tal‑aħbarijiet kien hemm is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross, u Dun Marc Andrè Camilleri u Dun Christopher Ellul, il‑kappillan u l‑arċipriet tal‑parroċċa ta’ Raħal Ġdid (Kristu Re) u ta’ Ħal Tarxien rispettivament… Kompli aqra »