Stqarrijiet għall-Istampa

Xandiriet taċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof fil-Ġimgħa Mqaddsa

Il‑Ħadd 5 ta’ April, fid‑9:30 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi ċ‑ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il‑Palm, bit‑tberik tal‑friegħi taż‑żebbuġ u l‑palm, u wara jkompli bil‑Passjoni tal‑Mulej fil‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana.

It‑Tnejn 6 ta’ April, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u wara jmexxi t‑talba tar‑Rużarju.

It‑Tlieta 7 ta’ April, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u wara jmexxi t‑talba tar‑Rużarju… Kompli aqra »

Xandiriet taċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’April 2020

Matul ix‑xahar ta’ April, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser ikompli jiċċelebra Quddiesa kuljum li, minħabba r‑restrizzjonijiet kontra t‑tixrid tal‑coronavirus, qed tixxandar kuljum fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt. Il‑Quddies iċċelebrat mill‑Arċisqof qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa fil‑5:30 p.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑Quddiesa tingħad it‑talba tar‑Ruzarju.
  • Il‑Ħadd fid‑9:30 a.m. mill‑Knisja ta’ San Franġisk, il‑Ħamrun…
  • Kompli aqra »

Dati ġodda għall-poloz għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja

Il-poloz kollha se jixxandru live

L-Uffiċċju għad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja qed iħabbar dati ġodda għall-poloz tad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja. Dawn se jiġu mxandra live fuq www.knisja.mt minn ġo studio mingħajr il-preżenza tal-ġenituri u bl-inqas nies possibbli, minħabba r‑restrizzjonijiet kontra t‑tixrid tal‑coronavirus. Matul it-tlugħ tal-poloz ser ikun preżenti nutar.

L-ewwel poloz li se jsiru huma dawk ta’ parteċipazzjoni, tal-bniet u s-subien, għad-dħul fl-ewwel sena sekondarja. Dawn se jsiru nhar l-Erbgħa, 1 ta’ April 2020… Kompli aqra »

Kriterji għad-dħul fis-Sixth Forms tal-Knisja

Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija jixtieq jinforma lill-pubbliku, li fiċ-ċirkustanzi preżenti li huma bla preċedent, is-Sixth Forms tal-Kulleġġ De La Salle u tal-Kulleġġ San Alwiġi ser ikomplu d-diskussjonijiet li għaddejjin mal-awtoritajiet tal-Edukazzjoni u l-bord tal-Matsec.

Ladarba dawn id-diskussjonijiet jiġu konklużi, ir-reviżjoni tal-kriterji għad-dħul fiż-żewġ kulleġġi għas-sena sena akkademika li tibda f’Settembru 2020, tiġi determinta u ppublikata mill-Kulleġġi rispettivament.

Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub jagħti ż-żmien meħtieġ biex dawn l-istituzzjonijiet edukattivi jirrispondu għas-sitwazzjoni preżenti b’mod validu u ġust fl-aħjar interess ta’ kulħadd… Kompli aqra »

Live: Mument straordinarju ta’ talb mal-Papa Frangisku, illejla fis-6pm

  Il-Vatikan

Il‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku, illejla, fis‑6pm, ser imexxi mument straordinarju ta’ talb mill‑Belt tal‑Vatikan. Minn Pjazza San Pietru, mingħajr nies preżenti fil pjazza, ser tiġi pproklamata l‑Kelma ta’ Alla, isir mument ta’ adorazzjoni tas‑Sagrament Imqaddes, u wara l‑Papa ser jagħti l‑Barka Urbi et Orbi (lill‑Belt u lid‑Dinja) bil‑possibbiltà li wieħed jirċievi l‑indulġenza plenarja.

F’dan iż‑żmien diffiċli, fejn fid‑dinja għaddejja l‑pandemija tal‑coronavirus, il‑Papa Franġisku qed jistieden lill‑Insara kollha jingħaqdu miegħu fit‑talb permezz tal‑mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali… Kompli aqra »

Il-pandemija tal-coronavirus: sejħa għal solidarjetà ma’ dawk li huma l-aktar vulnerabbli

Stqarrija minn bosta entitajiet tal-Knisja

F’dan iż‑żmien ta’ kriżi, imqabbel minn ħafna ma’ żmien ta’ gwerra, żmien fejn il‑pajjiż qed iwaqqaf kull tip ta’ operat sabiex jipprepara għall‑ġranet li ġejjijn, insejħu lill‑awtoritajiet sabiex jieħdu aktar miżuri konkreti ħalli jassiguraw li dawk in‑nies li qed jgħixu fil‑faqar ma jispiċċawx mingħajr il‑ħtiġijiet bażiċi għal ħajja dinjituża.

Ninsabu ferm imħassba dwar l‑impatt li l‑imxija tal‑coronavirus ser tħalli fuq dawk li huma l‑aktar vulnerabbli fis‑soċjetà tagħna.  Minkejja li l‑mard ma jiddiskriminax bejn in‑nies fuq bażi finanzjarja, soċjali, ta’ saħħa jew status ta’ immigrazzjoni, m’hemm l‑ebda dubju li l‑effetti ekonomiċi ta’ din l‑epidemija ser jagħmlu dan, u l‑iktar affettwati ser ikunu l‑foqra u dawk l‑aktar emarġinati… Kompli aqra »

Posposti l-poloz għad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja

Il‑poloz kollha għad‑dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja qed jiġu posposti minħabba r‑restrizzjonijiet kontra t‑tixrid tal‑coronavirus. Il‑Poloz ta’ Parteċipazzjoni tas‑subien u l‑bniet għad‑dħul fl‑ewwel sena sekondarja, u l‑Polza ta’ Parteċipazzjoni tal‑bniet tal‑ewwel sena primarja li kellhom isiru għada, il‑Ħamis 26 ta’ Marzu 2020, qed jiġu posposti. Se jkun hemm tibdil ukoll fil‑poloz ippjanati għal April. 

L‑Uffiċċju għad‑Dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja jinsab magħluq però l‑ħaddiema qed jaħdmu mid‑dar… Kompli aqra »

Direttivi tal-Isqfijiet dwar iċ-ċelebrazzjonijiet reliġjużi fix-xhur li ġejjin

Direttivi dwar il-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid il-Kbir, l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof, u l-festi

Fid‑dawl tas‑sitwazzjoni preżenti b’riżultat tal‑pandemija tal‑Covid‑19, l‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex qegħdin joħorġu dawn id‑direttivi dwar: il‑Ġimgħa Mqaddsa u l‑Għid il‑Kbir, l‑Ewwel Tqarbina u l‑Griżma tal‑Isqof, u l‑Festi.

Il‑Ġimgħa Mqaddsa u l‑Għid il‑Kbir

Din is‑sena ma jsirux manifestazzjonijiet pubbliċi nhar id‑Duluri u tul il‑Ġimgħa Mqaddsa, inkluż Ħadd il‑Palm, il‑Ġimgħa l‑Kbira u l‑Għid il‑Kbir.

Ser jintbagħtu direttivi dettaljati lill‑kappillani, superjuri reliġjużi u saċerdoti, rigward iċ‑ċelebrazzjonijiet fil‑knisja b’rabta mal‑Ġimgħa Mqaddsa, fid‑dawl tad‑digriet maħruġ mill‑Kongregazzjoni għall‑Kult Divin u d‑Dixxiplina tas‑Sagramenti rigward il‑funzjonijiet tal‑Ġimgħa Mqaddsa… Kompli aqra »

Pospost il-Vjaġġ Appostoliku tal-Papa Franġisku f’Malta

Fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali fid-dinja, u bi qbil mal-Awtoritajiet u mal-Knisja Kattolika f’pajjiżna, il-Vjaġġ Appostoliku tal-Papa Franġisku f’Malta u Għawdex ser jiġi pospost. Id-data tal-vjaġġ tiġi definita aktar ’il quddiem.

L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex jieħdu din l-opportunità biex jistiednu lill-Insara jżommu lill-Papa Franġisku fit-talb tagħhom. Kompli aqra »

Il-mewt traġika ta’ Miriam Pace: x’għandu jsir biex sagrifiċċju ta’ ħajja oħra ma jkunx seħħ għalxejn?

Sommarju tal-opinion paper tal-Kummissjoni Ambjent

Id-dar imġarrfa ta’ Miriam Pace u familtha. Ritratt: Newsbook

Il‑mewt qasir il‑għomor ta’ Miriam Pace mhix l‑unika waħda li seħħet minħabba prattiċi abbużivi fl‑industrija tal‑bini. Huwa ta’ qsim il‑qalb tara residenti li tilfu djarhom, oħrajn li ndarbu, jew saħansitra li spiċċaw mirduma taħt it‑terrapien, imma wkoll ħaddiema, fosthom ħafna barranin, li x’aktarx ma jkollhomx għażla ħlief li jagħmlu kull tip ta’ xogħol li joffrulhom, u li b’xorti ħażina niftakru fihom biss meta xi ħadd minnhom imut fuq il‑lant tax‑xogħol… Kompli aqra »