L-Isqfijiet Maltin jifirħu lill-Isqof Angelo Falzon
14/05/2024L‑Arċisqof Charles J. Scicluna, l‑Isqof Anton Teuma u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi jifirħu lil Patri Angelo Falzon li ġie maħtur mill‑Papa Franġisku bħala Isqof fid‑Djoċesi ta’ Comayagua fil‑Honduras nhar l-14 ta’ Mejju 2024.
L‑Arċidjoċesi ta’ Malta u d‑Djoċesi ta’ Għawdex jingħaqdu fit‑talb għall‑Isqof Falzon biex il‑Mulej jagħtih l‑għajnuna f’din il‑missjoni ġdida afdata lilu.
Patri Angelo twieled in-Naxxar fil-15 taʼ Ottubru 1957 u daħal Franġiskan fit-2 taʼ Ottubru 1977 fil-Provinċja taʼ San Pawl Appostlu tal-Patrijiet Minuri… Kompli aqra »