Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Kalċidonju ser tiġi ċċelebrata quddiesa fil-kappella ddedikata lil dan il-qaddis, li tinsab fil-bini tal-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Din se ssir  nhar it-Tlieta 24 ta’ Lulju 2012, fis-6.00 p.m. Fil-5.30 p.m. ser jingħad ukoll ir-rużarju.

Ir-relikwi ta’ San Kalċidonju jinsabu meqjumin f’kappella żgħira li nbniet apposta, dahar ma’ dahar mal-kappella prinċipali fil-bini tal-Kurja. Ir-relikwi tal-qaddis, Ii nġiebu Malta miċ-ċimiterju ta’ Pretestato, l-Italja, waslu fil-kappella dedikata lilu fl-1753.