Communicating to journalists in reaction to the Moneyval Report

Kien ippubblikat il-Moneyval Report dwar is-Santa Sede u l-belt tal-Vatikan. Dan wara talba li saret mis-Santa Sede fi Frar tas-sena 2011 għal skrutinju tas-sistema tagħha ta’ kontroll u salvagwardji kontra kwalunkwe attivita kriminali fl-isfera ekonomika u finanzjarja tagħha, skont il-proċeduri tal-organizzazzjoni kif imfassla mill-Kunsill tal-Ewropa għal dan il-għan.

Ir-Rapport jirrikonoxxi li s-Santa Sede “f’qasir żmien għamlet progress kbir. Ikkoperat mill-qrib mal-evalwaturi u rreaġixxiet malajr biex tirrimedja defiċenzi li kien hemm”. Ingħad ukoll li tinsab fit-triq it-tajba. Ir-Rapport ipprovda diversi indikazzjonijiet dettaljati bil-għan li jsir aktar progress fejn meħtieġ sabiex tkun żviluppata sistema ta’ kontroll li tkun kompletament effiċenti. Intqal ukoll li huwa importanti li jissokta l-pass tal-progress b’impenn u b’perseveranza.

REAZZJONI TAL-VATIKAN

“Għas-Santa Sede, dan il-proċess hu l-ewwel u qabel kollox impenn morali, iktar milli wieħed tekniku”. Din kienet id-dikjarazzjoni li għamel is-Sotto Segretarju għar-relazzjonijiet bejn l-iStati differenti, Mons Ettore Balestrero meta ta l-ewwel kummenti tiegħu dwar ir-Rapport Moneyval.

Mons Balestrero qal li anki qabel ma saret din l-evalwazzjoni, is-Santa Sede “dejjem kellha diterminazzjoni ċara sabiex tiġġieled il-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu, kif ukoll sistema legali b’elementi meħtieġa biex jindirizzaw dawn il-problemi”.

Waqt li n-nota li l-evalwaturi sabu s-sistema attwali tal-Vatikan “fil-maġġorparti tagħha konformi mal-istandards internazzjonali”, Mons Balestrero qal li dejjem jibqa’ lok ta’ titjib, bl-awtoritajiet tal-Vatikan imorru mhux għal soluzzjonijiet fil-qrib imma għal oħrajn fit-tul f’dan ir-rigward.

Mons Balestrero temm jgħid li dan mhux it-tmiem imma pass ieġor importanti għas-Santa Sede fl-impenji morali tagħha lejn eċċellenza teknika.