Il-Fondazzjoni Suret il-Bniedem qalet fi stqarrija li hi taqbel mal-proposta li għamel il-ġimgħa li għaddiet Dr George Abela, President ta’ Malta, dwar il-bżonn li jinbeda proġett ġdid għal persuni li jkunu fi tmiem is-sentenza tagħhom fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

L-idea hi li tinħoloq dar li toffri programm biex id-detenuti li jkunu waslu fl-aħħar fażi tas-sentenza tagħhom iħejju ruħhom biex joħorġu lura fis-soċjetà u jaqbdu ħajja ġdida.

Il-President Abela għamel din il-proposta waqt iċ ċerimonja tal-gradwazzjoni ‘Lejla ta’ Solidarjeta’ li saret fil-kumpless San Blas li tmexxi l-CARITAS il-Ħamis, 5 ta’ Lulju li għadda. Matul iċ-ċerimonja, 22 żagħżugħ u żagħżugħa ggradwaw wara li temmew kors ta’ rijabilitazzjoni mid-dipendenza tad-droga.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com