Festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù

Ġwanni 19, 31-37

Billi kien Jum it-Tħejjija ta’ l-Għid, il-Lhud ma ridux li f’jum is-Sibt l-iġsma jibqgħu fuq is-salib, għax dak is-Sibt kien jum solenni għalihom. Talbu mela lil Pilatu biex jiksrulhom riġlejhom u jneħħu  l-iġsma. Għalhekk ġew is-suldati u kisru r-riġlejn ta’ l-ewwel u tat-tieni wieħed li kienu msallbin miegħu. Iżda meta waslu għal Ġesù, billi raw li kien ġa mejjet, ma kisrulux riġlejh. Madankollu wieħed mis-suldati nifidlu ġenbu b’lanza, u minnufih ħareġ demm u ilma. Dan qiegħed jixhdu min ra b’għajnejh, u x-xhieda tiegħu hija minnha. Hu jaf li qiegħed jgħid il-verità, biex intom ukoll temmnu. Għax dan ġara biex isseħħ l-Iskrittura li tgħid, ‘Ebda waħda minn għadmu ma jkissrulu.’ U hemm ukoll kitba oħra fl-Iskrittura li tgħid,‘Huma għad iħarsu lejn dak li nifdu.’