L-attivitajiet kollha li saru għat-tħejjijja għaż-żjara tal-Papa gew fi tmiemhom b’quddiesa ta’ ringrazzjament li giet iċċelebrata fil-Kripta ta’ San Bastjan, f’Ħal Qormi. Bosta voluntiera kienu preżenti għal għeluq ta’ din l-esperjenza memorabbli. Fr Savio, fi ftit kliem, ħareġ il-qofol fl-omelija tiegħu meta qal li allavolja iż-żjara tal-Papa kienet waħda importanti, l’unita li nħasset bejn iż-żgħażagħ fuq il-Waterfront kienet suċċess ħafna akbar. Għal ħafna din swiet ta’ ’boost’ ta’ fidi. Għalija, din l-esperjenza urietni li iva, iż-żgħażagħ jemmnu u huma parteċipanti attivi fil-fidi tagħhom! Il-quddiesa għalqet kapitlu importanti imma kienet ukoll il-ftuħ ta’ kapitlu ġdid… dak tal-Jum Dinji taż-Żagħżagħ li ħafna qedgħin jistennew!

Tiziana Bartolo