• L-Arċisqof u l-Isqof George Frendo jiċċelebraw 50 sena mill-professjoni reliġjuża

  • Il-Ħadd 22 ta’ Settembru 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona u l-Isqof George Frendo ċċelebraw Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ Gwardamanġa, fl-okkażjoni tal-50 sena anniversarju mill-professjoni reliġjuża fl-Ordni Dumnikana. 

    Għal din il-Quddiesa attenda l-President ta’ Malta, Dr George Abela, u s-Sinjura Abela. L-Isqof Awżiljarju Mons. Charles J. Scicluna, l-Arċisqof Emeritu Mons. Ġużeppi Mercieca u l-Provinċjal l-ġdid tad-Dumnikani, Patri Frans Micallef, flimkien ma’ numru ta’ patrijiet Dumnikani kkonċelebraw f’din il-Quddiesa solenni. Preżenti wkoll omm l-Arċisqof Cremona u diversi qraba taż-żewġ Isqfijiet. 

    Kien fl-1963 li Pawlu Cremona u George Frendo bdew il-mixja vokazzjonali tagħhom lejn is-saċerdozju bħala patrijiet Dumnikani. Illum, l-Isqof George Frendo huwa Isqof ta’ Tirana fl-Albanija, fejn ilu jservi bħala Isqof mill-2006. Monsinjur Pawlu Cremona sar Arċisqof ta’ Malta sena wara, jiġifieri fl-2007. 

    L-Arċisqof Cremona, li huwa mwieled il-Belt, ipprofessa fl-Ordni ta’ San Duminku fl-età ta’ 17-il sena, filwaqt li l-Isqof Frendo, li huwa mwieled Ħal Qormi, ipprofessa fl-età 16-il sena. Huma ġew ordnati saċerdoti fl-1969.

  • Ritratti: Photocity, Valletta. 

    www.photocitymalta.com