• San Ġwann 14:6-14
      Ġesù qal lil Tumas: “Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja.
      Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi.
      Kieku għaraftu lili, kontu tagħrfu wkoll lil Missieri.
      Minn issa ‘l quddiem tagħrfuh, anzi diġà rajtuh.”
      Qallu Filippu: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina.”
      Ġesù wieġeb: “Ili daqshekk magħkom, Filippu, u għadek ma għaraftnix?
      Min ra lili ra lill-Missier. Kif tgħidli, ‘Urina l-Missier’?
      Ma temminx li jiena fil-Missier u l-Missier fija?
      Il-kliem li ngħidilkom jien, ma ngħidux minn moħħi
      iżda l-Missier li jgħammar fija qiegħed jagħmel l-opri tiegħu.
      Emmnuni! Jiena fil-Missier u l-Missier huwa fija.
      Jekk m’hux għal ħaġ’oħra, emmnuni minħabba dawn l-opri stess.
      Tassew tassew ngħidilkom, min jemmen fija hu wkoll
      għad jagħmel l-opri li qiegħed nagħmel jien,
      u akbar minnhom għad jagħmel,
      għax jiena sejjer għand il-Missier.
      U jekk titolbu xi ħaġa f’ismi jiena nagħmilha,
      biex il-Missier ikun igglorifikat permezz ta’ Ibnu.
      Iva, jekk titolbuni xi ħaġa f’ismi, jiena nagħmilha.
      Qaddis tal-jum: Beatu Tommaso Acerbis