F’Ittra Pastorali lejlet ir-referendum li għandu jsir is-Sibt li ġej, l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex ħeġġew biex il-poplu Malti jesprimi l-konvinzjoni tiegħu dwar iż-żwieġ.

L-Isqfijiet bdew l-Ittra Pastorali tagħhom b’referenza għall-Kelma t’Alla li l-Knisja twassal fi tmiem din il-ġimgħa, il-Ħames Ħadd tal-Għid: “Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier, jekk mhux permezz tiegħi” (Ġwanni 14, 6).

“Il-Mulej qiegħed jgħidilna li dak li lkoll nixtiequ – li mmorru għand Alla l-Missier – irridu norbtuh ma’ persuna, li hu Sidna Ġesù Kristu. Għal min hu Kristjan, m’hemmx triq oħra li twasslu għand il-Missier. Kull wieħed u waħda minna rridu nagħżlu lil Ġesù bħala l-Verità: dak li jgħid hu huwa l-veru valur tal-affarijiet li hemm madwarna. Irridu narawhom mill-għajnejn tiegħu. Irridu nagħżlu lil Ġesù bħala t-Triq biex naslu għal din il-Verità. Toroq oħra ma jwasslux! Meta nagħmlu dawn l-għażliet, imbagħad, nindunaw u nduqu l-ħajja vera għalina l-bnedmin.”

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com