Bħala parti mill-Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda fost l‑Insara, illejla fis-6:30pm, se jixxandar Servizz Ekumeniku bis-sehem ta’ diversi Knejjes Insara f’Malta. Is-servizz se jitmexxa mill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna u r‑riflessjoni biblika se ssir minn Rev. Beata Thane, Minister ta’ St Andrew’s Scots’ Church fil‑Belt Valletta.

Dan is-Servizz Ekumeniku qed jiġi ċċelebrat f’ċirkustanzi straordinarji minħabba l-pandemija COVID-19 u qed huwa organizzat mill-Kummissjoni Djoċesana Ekumenika flimkien ma’ Christians Together in Malta (il-Kunsill Ekumeniku Malti).

Agħfas hawn biex issegwi l-qari.