L-Erbgħa 27 ta’ Ġunju – il-voluntiera żgħażagħ se jagħtu bidu uffiċjali għall-esperjenzi tagħhom tas-sajf b’ċelebrazzjoni ġewwa l-kappella Medjevali ta’ San Girgor fiż-Żejtun. L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., b’mod simboliku, se jagħtihom il-mandat f’isem il-Knisja f’Malta.

Madwar 300 voluntier se jqattgħu bejn ġimgħatejn u xahrejn mill-vaganzi tagħhom f’servizz ma’ persuni fil-bżonn. L-esperjenzi tagħhom se jeħduhom f’diversi postijiet, mill-Indja sal-Afrika, l-Amerika Latina u anke l-Ewropa, inklużi proġetti f’Malta stess.

L-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Mandat lill-Voluntiera qed tiġi ppreparata minn Viva s-Sajf tat-Tfal, li jorganiżżaw Skola Sajf f’Bormla. L-attività hija kkordinata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ u aktar informazzjoni tinsab fuq http://bit.ly/SendOff2012.