baby boy and baby girl

Iċ-Ċina tinsab taħt pressjoni biex tbiddel il-politika tagħha ta’ ppjanar tal-familja b’wild wieħed. Dan wara li kienu ppubblikati l-aħħar ċifri permezz ta’ ċensiment.

Il-Wall Street Journal riċentament irrapporta li mill-1.27 biljunpersuna fis-sena 2000, il-popolazzjoni żdiedet għal 1.34 biljun fl-2010. Il-medja ta’ żieda annwali għall-aħħar għaxar snin kienet ta’ 0.57%, tnaqqis sinifikanti fuq il-1.07% fl-għaxar snin ta’ qabel.

Iċ-ċifri taċ-ċensiment, jikkonfermaw ukoll ix-xejra lejn popolazzjoni li f’daqqa waħda qed tixjieħ. Dawk li għandhom iktar minn 60 sena jammontaw għal 13.3% tal-popolazzjoni taċ-Ċina,li jfisser żjieda ta’ 3% mis-sena 2000. Tfal taħt l-eta ta’ 14-il sena, bħalissa jammontaw għal 16.6% tal-popolazzjoni, tnaqqis ta’ iżjed minn 6% fi żmien għaxar snin.

F’artiklu separat dwar ir-riżultati taċ-ċensiment, il-Wall Street Journal ħarset mill-qrib lejn l-iżbilanċ li inħoloq ikkaġunat mill-preferenza ta’ wild maskili. Il-popolazzjoni maskili illum hija ta’ 51.3% tat-total, tnaqqis żgħir mill-51.6% fis-sena 2000.

L-artiklu kompla jinnota li fiċ-Ċina hemm mal-34 miljun raġel “żejjed”, riżultat ta’ aborti selettivi skont is-sess tal-persuni, fa1ilitati permezz ta’ ultarounds, kif ukoll każi ta’ trabi bniet li jispiċċaw abbandunati jew mogħtija għal adozzjoni.

Intqal li fattur li jista’ jwassal għal bidla fl-attitudni lejn ulied bniet jista’ jkun żjieda fil-prezz tal-propjeta. Dan għaliex hija l-prassi li ġenituri jixtru appartament lil uliedhom subien meta dawn jiġu biex jiżżewġu. Għalhekk jekk togħla l-propjeta, jaf jiskoraġixxu lilhom infushom milli jkollhom ulied subien.

F’artiklu ieħor ta’ The China Daily intqal li fi bliet bħal Beijing tnaqqret il-gender gap b’104 subien imwielda għal kull 100 tifla,ċifri li jikkumparaw ma’ cifri nazzjonali ta’ 119.45 subien għal kull 100 tifla.